Infrastruttura
Se jibda x-xogħol fuq mina taħt l-art li se ttejjeb il-kwalità tal-ilma

Il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma ffirmat żewġ kuntratti għat-tħaffir u l-bini ta’ mina taħt l-art b’tul ta’ disa’ kilometri u nofs mir-reverse osmosis ta’ Pembroke sal-ġibjuni ta’ Ta’ Qali. Il-kuntratti ġew iffirmati ma’ żewġ kumpaniji – waħda lokali u oħra Torka.

Bil-kuntratt ta’ ftit aktar minn dsatax-il miljun ewro, il-kumpanija Bonnici Brothers se tkun responsabbli mit-tħaffir tal-mina, waqt li mal-kumpanija Torka Superlit Boru Sanayi ġie ffirmat kuntratt li jaqbeż it-tmien miljun ewro għall-pajpijiet tal-ilma.

Il-Kap Eżekuttiv tal-korporazzjoni, Richard Bilocca qal li dan l-investiment hu parti minn proġett usa’ li se jbiddel il-mod kif l-ilma tal-vit jitwassal għand il-konsumatur, bir-riżultat aħħari se jkun kwalità ta’ ilma aħjar.

“jiġifieri l-ilma llum diġà jilħaq l-istandards kollha biex ikun tajjeb għax-xorb, jiġifieri l-ilma li jasal għand in-nies mill-mejnijiet tagħna huwa diġà ilma ta’ kwalità li jilħaq l-istandards kollha. Bħala korporazzjoni ovvjament aħna konxji li hemm parametri oħra li ma fihomx importanza għas-saħħa, imma fihom importanza ħafna għall-konsum tan-nies, bħalma meta ngħidu t-togħma, ir-riħa li jkollu l-ilma, fejn b’dan il-proġett ħa jkun hemm titjib konsiderevoli mill-ewwel ġuranta,” fisser is-Sur Bilocca.

Is-Sur Bilocca spjega li x-xogħol għandu jibda f’Ottubru li ġej u mistenni jkun lest fi żmien sentejn u nofs. Żied li l-proġett se jkun maqsum fi tliet partijiet. “Ħa nkunu qed inħaffru qisu tliet mini f’daqqa biex nagħmluh fl-iqsar żmien possibbli. Hemm ir-rotta ideali minn taħt l-art. Ir-rotta ġiet magħżula skont il-ġeoloġija.”

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Joe Mizzi qal li l-iffirmar tal-kuntratti huma xhieda tal-proġetti li qed isiru fis-settur tal-ilma bil-għan li titjib l-infrastruttura ta’ Malta u l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Dan il-proġett se jsir b’investiment totali ta’ 27 miljun ewro u nofs, parti kbira minnhom fondi tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Mara ta’ 47 sena mill-Fgura fittxet għad-danni lill-Kunsill Lokali tal-Fgura talli ġarrbet diżabilità permamenti meta waqgħet hija u miexja minn fuq il-bankina fil-lokalità fejn tgħix. Il-każ imur lura 8 snin,…

Qorti

Il-Forzi Armati ta’ Malta spiċċat rid tħallas għall-karozza mikrija wara li din ġarrbet ħsarat estensivi waqt sessjoni taħriġ f’każ li jmur lura għaxar snin. L-ewwel Qorti kienet iddeċidiet favur il-Forzi…

Qorti

Il-Qorti ddikjarat li d-drittijiet ta’ raġel akkużat bi traffikar ta’ droga nkissru wara li l-każ spiċċa jkaxkar sitt snin. Fl-2012, Agius kien imressaq b’akkuża bi traffikar u pusses tal-eroina, li…

Pulizija

Il-Police Officers Union u l-Malta Police Association iffirmaw l-ewwel ftehim settorjali ġdid għall-Korp tal-Pulizija. Il-ftehim settorjali għal ħames snin li ġejjin qed jitqies bħala wieħed storiku hekk kif sar b’konsultazzjoni sħiħa mal-Unions. Dan il-ftehim ser jara…

Aktar