Qasam soċjali
Se jibda xogħol ta’ manutenzjoni fuq 46 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern

Il-Ministru għall-akkomodazzjoni soċjali Roderick Galdes ħabbar li se jibda xogħol ta’ manutenzjoni f’46 blokka ta’ appartamenti tal-Gvern.

Is-Sur Galdes qal li wara li tlesta ix-xogħol f’77 blokka li sewa mal-€4 miljun, l-awtorità tad-djar se tibda tkun għaddejja b’xogħol fuq blokok fis-Siġġiewi, Bormla, ir-Rabat, Santa Lucija, Iz-Zejtun, San Ġiljan u Ħal Qormi.

Qal li dan ix-xogħol hu stmat li se jiswa €2.6 miljun.

Il-Ministru Galdes qal li qed jiġu installati 135 lift biex dawn il-blokok ikunu aktar aċċessibli. Il-Ministru qal ukoll li qed jikkollaboraw mar-residenti u l-kunsilli biex ikun hemm tisbieħ taż-żona komuni ta’ dawn il-blokok.

Il-Kap Ezekuttiv tal-awtorità tad-Djar Leonid McKay qal li kull xahar isiru mal-200 talba biex issir xi tip ta’ manutenzjoni fi’dawn il-blokkok ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Qal li filwaqt li ħafna minn dawn it-talbiet ikunu għall-interventi żgħar, kien hemm oħrajn fejn kellhom jinħarġu familji biex saru xogħlijiet strutturali bħal bidliet ta’ soqfa.