Edukazzjoni
F’Mater Dei se jibdew isiru eżamijiet prestiġġjużi tal-ġinekoloġija

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li minn Ġunju li ġej, eżamijiet prestiġjużi tar-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists se jibdew isiru fl-Isptar Mater Dei. L-eżamijiet huma għal tobba biex jispeċjalizzaw fil-ġinekoloġija.

Dan l-iżvilupp tħabbar wara laqgħa li delegazzjoni mir-Royal College of Obstetricians and Gynaecologists tar-Renju Unit kellha mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Dr Fearne qal li eżamijiet ta’ dan it-tip mhumiex biss ta’ benefiċċju għal tobba Maltin li jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet f’Malta stess iżda f’dan il-mod l-Isptar Mater Dei qed ikompli juri kemm hu ċentru ta’ eċċellenza medika.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Aftab Prince, Pakistani ta’ 37 sena wieġeb mhux ħati għall-akkuża li fit-12 ta’ Mejju li għadda stupra mara Pakistana f’aktar minn okkażjoni waħda. Huwa kien akkużat ukoll li dan wassal…

Kronaka

Katavru ta’ raġel ta’ 67 sena mill-Mosta nstab viċin Kemmuna. Kien ilbieraħ, għall-ħabta tal-10.50pm, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’…

Qorti

Raġel ta’ 25 sena minn Wied il-Għajn tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar tad-droga kannabis u pussess tad-droga kokaina u li kellu armi fil-pussess tiegħu. Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, huwa wieġeb mhux…

Kronaka

Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Marsa dalgħodu. L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro. Mill-ewwel tagħrif jidher li ma kienx hemm iktar vetturi involuti, u jista’ jkun li s-sewwieq tilef…

Aktar