Trasport
Se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu

Fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew xogħlijiet fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu għal titjib fil-faċilitajiet għal passiġġieri.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li dan l-proġett ser jiswa €400,000 u fost oħrajn ser jipprovdi kenn permanenti kontra l-elementi tan-natura kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa.

Se jibdew ix-xogħlijiet biex fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-foss ta’ San Ġakbu l-Belt issir tinda permanenti u faċilitajiet oħra għal passiġġieri.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg ħabbar li dan se jsir b’investiment ta’ €400,000.

Il-Ministru Ian Borg qal “l-infrastruttura relatata mat-trasport pubbliku għandha bżonn li tkompli tiġi mtejba u allura l-bus shelters mal-lokalitajiet u anke l-main terminus hawnhekk ġewwa Sain James Ditch għaliex nafu li sa issa kien hawn kenn biss temporanju u aħna naħsbu li hu importanti li jkun hemm l-investiment ta’ tinda propja li tkun tista’ tilqa’ fiha lil dawk li jagħżlu li jivvjaġġaw b’dan il-mod ta’ trasport.”

Il-Ministru Borg qal li s-sena li għaddiet rekord ta’ tlieta u ħamsin miljun u erba’ mitt elf passiġġier għamlu użu mit-trasport pubbliku, li jfisser medja ta’ kważi 150,000 passiġġier kuljum. Qal li s-sena l-oħra l-Gvern uża parti mis-surplus biex iffinanzja żewġ miljun u mitejn elf ewro favur l-iskema ta’ trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ li minnha ibbenefikaw 24,000 żgħażagħ. Dr Borg qal li din is-sena din l-iskema ġiet estiża b’investiment ta’ tliet miljun u tliet mitt elf ewro biex tkopri żgħażagħ bejn l-14 u l-20 sena. Qal li l-pjan tal-Gvern huwa li issa se jaħseb għall-persuni b’diżabbilità u l-anzjani.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern fi stqarrija ċaħad rapporti li xxandru fuq mezzi oħrajn tax-xandir u li anke ġew kwotati minn xi membri tal-Oppożizzjoni, dwar żidiet fil-pagi tal-membri tal-Kabinett. Fl-istqarrija l-Gvern qal li dawn…

Għawdex

Ċifri li kiseb TVM juru li nhar Santa Marija, il-kumpanija Gozo Channel operat mad-90 vjaġġ, żieda ta’ 14-il vjaġġ fuq l-istess jum is-sena l-oħra. B’kollox nhar il-Ħamis qasmu lejn Għawdex…

Qorti

Żewġ żgħażagħ Ingliżi li m’għandhomx residenza fissa f’Malta, tressqu l-Qorti akkużati b’pussess ta’ droga li nstabet f’ċirkostanzi li ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom. L-ispettur Anthony Scerri ppreżenta bħala evidenza kważi…

Aktar