Immigrazzjoni
AĠĠORNAT (4): Jiddaħħlu Malta 162 immigrant f’żewġ gruppi

Illum iddaħħlu f’Malta total ta’ 162 immigrant li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta f’żewġ operazzjonijiet separati.

Għall-ħabta tal-erbgħa ta’ wara nofsinhar, f’Xatt it-Tiben il-Forzi Armati għaddew lill-Pulizija 73 immigrant – kollha rġiel – li ddaħħlu wara li ġew salvati minn fuq dinghy li kienet miż-żona ta’ tiftix u salvataġġ fir-responsabilita’ ta’ Malta. Minn Xatt it-Tiben, l-immigranti ttieħdu ċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.

Kif inhi l-proċedura, hemmhekk saret tfittxija fuq kull persuna u wara ttieħdu ritratti u marki tas-swaba’ ta’ kull individwu li ġie intervistat bil-għan li l-Pulizija tiġbor tagħrif preliminari dwarhom. Dan it-tagħrif jiddaħħal f’sistema ta’ informatika li tgħaqqad flimkien lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea. Ħidmet il-Pulizija tissokta fil-ġranet li ġejjin meta uffiċjali mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni jitkellmu magħhom fit-tul bħala parti mill-investigazzjonijiet.

Għall-ħabta tas-7.00 ta’ filgħaxija, il-Forzi Armati daħħlu grupp ieħor ta’ 89 immigrant li ġew salvati fit-tieni operazzjoni. TVM infurmat li tnejn minnhom; mara tqila u raġel ferut b’tir f’riġlu, ittieħdu l-isptar Mater Dei.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar