Barranin
Se jiddeċiedu jekk il-familja għandhiex tkun imsejsa fuq iż-żwieġ bejn mara u raġel

Ir-Rumeni qed jiddeċiedu jekk il-familja għandhiex tkun imsejsa fuq iż-żwieġ bejn mara u raġel.

Il-vot f’referendum mifrux fuq jumejn biex tinbidel il-kostituzzjoni qed jitqies minn dawk favur bħala mezz kif ikun protett l-istatus ta’ familja tradizzjonali.

Dawk kontra wissew li dan il-vot qed isir a skapitu ta’ koppji tal-istess sess, ġenituri waħedhom u t-tfal ukoll. Dan minbarra li hemm akkużi li r-referendum qed isir biex jaljena każ ta’ korruzzjoni li jinvolvi lill-mexxej tal-partit fil-Gvern.