Blockchain
Se jiftaħ f’Malta l-ewwel stazzjon tal-aħbarijiet fid-dinja ddedikat għall-blockchain

Malta qed tkompli tkun ikkunsidrata bħala l-hotspot fost dawk involuti fil-blockchain u l-cryptocurrency.

Dan mistenni jkompli jkun konfermat fi żmien sitt ijiem oħra, meta r-rivoluzzjoni li għaddejja f’dan is-settur se tiġi rrappurtata f’aktar dettall u prominenza minn bloxlive.tv ibbażat f’Malta, li hu l-ewwel network tal-aħbarijiet dinji li jiffoka fuq din it-teknoloġija.

Mill-1 ta’ Ottubru, minn studio tat-televiżjoni f’Malta se jibdew l-ewwel xandiriet online tal-ewwel network tal-aħbarijiet fid-dinja ddedikat għal blockchain u l-cryptocurrency.

Il-Kap Eżekuttiv tan-network bloxlive.tv, Joshua Tate, qal li waqt li aktar u aktar nies huma interessati fit-teknoloġiji tal-blockchain u l-cryptocurrency, dan l-istazzjon se jgħinhom jifhmu aħjar ix-xejriet u l-aħħar żviluppi tas-swieq madwar id-dinja.

“The main purpose of bloxlive.tv is really to focus on the depth and breath of the community in the crypto and blockchain space and provide them with a real resource to digest the content that most of the mainstream finance and tech markets don’t produce,” spjega s-Sur Tate.

Is-Sur Tate qal li n-network tal-aħbarijiet se jħaddem madwar 50 persuna f’Malta fosthom xandara, riċerkaturi, kittieba u tekniċi. Minbarra dan, se jkollhom rappurtaġġ minn korrispondenti fi swieq ewlenin bħal Kanada, l-Istati Uniti, l-Amerika t’Isfel, l-Ingilterra u l-Korea t’Isfel, fost l-oħrajn.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ bloxlive.tv qal li minħabba li Malta qed timmira li ssir gżira tal-blockchain, kienet għażla naturali li jagħżlu li jinvestu hawn. “Its presence in this market and industry is substantial and the enthusiasm that the government, the island and the community has for the blockchain and crypto space, markets in particular, is very progressive and interesting.”

Is-Sur Tate qal li n-network hu indipendenti u għall-ewwel se jibda jxandar għal mill-inqas tliet sigħat kuljum. Qal li bloxlive.tv se jkun bla ħlas u jaħseb li jkun sors importanti ta’ tagħrif għal kulħadd; minn min hu espert fis-suġġett sa persuni li jixtiequ jkunu jafu aktar fuq il-blockchain jew cryptocurrency.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Tfajla ta’ 24 sena bil-kundizzjoni Bi-Polar qalet li minn ħajja solitarja u dipressiva, illum qed tgħix ħajja feliċi grazzi għal mara li qed tiddedika ħajjitha għal żgħażagħ b’diżabiltà. Fiona Ellul…

Lokali

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti…

Kultura

Fil-Mużew Marittimu fil-Birgu se jkun hemm esebizzjoni li tiċċelebra l-legat tal-esploratur marittimu, Jacques Cousteau, u l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta permezz tal-vapur ‘Calypso’, li wara li baħħar bi vjaġġi bejn Malta…

Sport

Kumpanija Maltija li bbenefikat mill-programm nazzjonali ta’ Riċerka u Innovazzjoni, Fusion, bdiet tipproduċi sistemi ta’ dawl LED biex jintużaw f’kumplessi sportivi. F’kollaborazzjoni ma’ SportMalta, il-kumpanija Altern bdiet tinstalla sistema ta’…

Aktar