Lokali
Se jiġi rrestawrat l-eqdem torri f’Għawdex

L-eqdem torri li għadu wieqaf f’Għawdex, li jinsab fix-Xlendi, ser ikunu qed isirulu xogħlijiet ta’ restawr u konservazzjoni bi spiża ta’ madwar €355,000.

It-torri tax-Xlendi nbena fiż żmien il-ħakma tal-Kavallieri ta’ San Ġwann taħt it-tmexxija tal-Gran Mastru Lascaris fl-1650. – iskop oriġinali tiegħu, li dam sas-snin tal-1870, kien li jiddefendi l-Bajja tax-Xlendi mill-kuntrabandisti, pirati u dawk li jkunu qed jaħarbu minn kwarantina.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali tal-Munxar qal li dan it torri ser jiġi rrestawrat bl-għajnuna ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea, li se jkopru €284,000 mill-ispiża. Il-ġimgħa li għaddiet, is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ppreżenta lill Kunsill Lokali l-ittra ta’ konferma għal dan il-proġett.

Il-Kunsill qal li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew, il-Kunsill Lokali, b’kollaborazzjoni ma’ Wirt Għawdex, se jipprovdi lill-viżitaturi tagħrif ta’ fuq l-istorja ta’ dan it-torri, fil-forma ta’ vetrina statika fiċ-ċentru għall-interpretazzjoni li se jinbena apposta.

It-torri se jkun qed iħaddem ukoll l-enerġija mix-xemx permezz tal-pannelli fotovoltajiċi.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Għada se jitħabbar it-tieni budget ta’ din il-leġislatura mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna. Filmat imxerred fuq il-mezzi soċjali ġie spjegat l-għan tal-Budget, li jgħolli l-kwalità tas-servizzi li joffri l-Gvern fosthom dawk tas-saħħa…

Ikel

Ħafna jiħduh bħala duwa meta jkollhom uġigħ fi griżmejhom jew għal taqlib fl-istonku, oħrajn iżiduh mal-kafè jew mat-te. Qed nirreferu għall-ġulepp tal-ħarrub li jissajjar bħal daż-żmien, hekk kif tibda toqrob…

Ġurnali

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum The Sunday Times Fuq il-faċċata storja b’ritratt li tgħid li bini tal-Gvern fi Xrobb l-Għaġin li qabel kien jintuża mill-ex Prim Ministru Dom Mintoff…

Aktar