Budget2022
Se jiġu installati 1,200 charging point fi tliet snin.

Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar li fit-tliet snin li ġejjin, il-gvern se jkun qed jinstalla 1,200 charging point għall-vetturi elettriċi.

Qal li l-għan tal-Gvern huwa li mhux biss jinċentiva imma wkoll jaġevolaw il-qalba għal vetturi li ma jniġġżux madwar Malta u Għawdex.

Sostna li dan nistgħu nagħmluh billi ninvestu f’infrastruttura ta’ charging points aktar b’saħħitha u għalhekk fit-tliet snin li ġejjin se jiġu installati madwar 1,200 charging point fil-pajjiż kollu.