Barranin
Se jiġu pprojbiti l-armi f’New Zealand

New Zealand se tipprojbixxi l-pussess u l-użu tal-armi tat-tip semi-awtomatiku wara l-attakk terroristiku li seħħ f’Christchurh.

Dan qalitu l-Prim Ministru tal-pajjiż Jacinda Ardern wara li ftit inqas minn ġimgħa ilu nqatlu kiesaħ u biered 50 persuna f’żewġ moskej wara li raġel Awstraljan daħal jispara bl-arma li kellu.

Arden qalet li sal-11 ta’ April se tidħol fis-seħħ leġiżlazzjoni ġdida.

L-Awstraljan Brenton Tarrant, kien il-moħħ wara l-attakk u mistenni jaffaċċja aktar akkużi fil-qorti fil-jiem li ġejjin.