Lokali
Se jiġu proċessati mas-6,000 tunnellata tadam

Fit-tmien ġimgħat tal-għasir tat-tadam, bejn Lulju u Awwissu se jiġu proċessati mas-sitt elef tunnellata tadam li jinġabru mingħand mitejn bidwi f’Malta u Għawdex. Fil-fabbrika tal-ikbar produttur fl-ipproċessar tat-tadam, jidħlu medja ta’ 150 tunnellata tadam kuljum.

It-tadam li jintuża fil-produzzjoni tal-prodotti tat-tadam, jitkabbar biss f’ambjent naturali u x-xemx Maltija tagħmlu l-aħjar prodott. John Magro, wieħed mill-produtturi ewlenin ta’ varjetà sħiħa ta’ prodotti tat-tadam – kemm għas-suq lokali imma l-iżjed għall-esportazzjoni qal, li bħala medja din is-sena, il-produzzjoni tat-tadam għall-għasir tlaħħaq is-sitt elef tunellata. Il-bdiewa tat-tadam f’Malta u Ghawdex jgħoddu aktar minn mitejn.

Is-Sur Magro qal li għalihom, dan huwa l-aktar żmien impenjattiv tas-sena. L-istaġun tal-għasir tat-tadam jibda mill-bidu tal-Lulju sa tmiem Awwissu. Il-kumpanija Magro Brothers f’Għawdex hija waħda minn tlieta li jipproċessaw it-tadam, imma waħidha tipproċessa tmenin fil-mija tat-tadam kollu.

Is-Sur Magro qal li li bħalissa għandhom ħames linji tal-produzzjoni għaddejin kontinwament, fejn it-tadam pproċessat jinbidel f’prodotti kemm għas-suq lokali fik ukoll internazzjonali. Matul żmien l-għasir, fix-Xewkija jidħlu kuljum mal-150 tunnellata tadam – daqs għaxar trailers kbar.

Ix-xerrej jiltaqa’ mal-prodott għand tal-ħanut u bil-prodott fil-bott li jkun ħa minn fuq l-ixkaffa tkompli l-katina ta’ rutina li tibda minn żerriegħa u tintemm b’togħma bnina bil-kunserva imdellka fuq il-wiċċ ta’ kisra ħobż tal-Malti.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żewġ nisa, li waslu Malta b’dgħajsa ma’ immigranti oħra s-sena l-oħra, spiċċaw il-ħabs minflok il-Ġermanja. Fil-Qorti, l-avukat tagħhom Martin Fenech, spjega li huma użaw dokumenti foloz biex ikunu jistgħu jibdew…

Partit Nazzjonalista

Waqt żjara fix-xelter tal-YMCA li għandu mat-30 resident, il-kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li r-realtà tal-faqar f’Malta, qiegħda tiżdied minkejja t-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż. Dr Delia qal li l-Gvern għandu…

Xogħol

Fit-tieni kwart tas-sena, bejn April u Ġunju li għadda, Malta kellha t-tielet l-ogħla rata ta’ sejħiet għal impjiegi fis-suq tax-xogħol. Skont ċifri tal-Eurostat, il-postijiet tax-xogħol li kienu qed ifittxu l-ħaddiema…

Aktar