Toroq
Se jinbena pont fit-Telgħa ta’ Kordin biex jaqdi lill-istudenti tal-MCAST

Pont li mistenni jinbena fit-Telgħa ta’ Kordin, f’Raħal Ġdid, se jagħmilha iktar faċli għall-istudenti tal-MCAST u nies oħra biex jaqsmu din it-triq traffikuża.

Il-pont se jservi wkoll biex inaqqas il-konġestjoni tat-traffiku f’din it-triq li tiżdied bid-dwal tat-traffiku li jiġu użati kontinwament, l-iktar mill-istudenti biex jaqsmu minn u lejn il-kulleġġ.

Il-bini ta’ dan il-pont tħabbar mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fuq il-midja soċjali, li qal li l-Gvern għandu wkoll pjani biex isebbaħ l-inħawi, u jagħmel passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li jgħaqqad il-pont mal-waqfiet eżistenti għall-karozzi tal-linja, li se jinbidlu biex ikunu iktar viċin il-pont u l-passaġġ.

Intqal ukoll li ż-żona se tkun attrezzata b’sistema ta’ kameras CCTV cameras u bid-dwal għal aktar sigurtà f’kull ħin tal-ġurnata.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Fix-xhur tas-sajf, meta ħafna mill-iskejjel ikunu baħħ, il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħa l-okkażjoni jwettaq xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ u faċilitajiet ġodda fi kważi 100 skola tal-Gvern madwar Malta u Għawdex. Ħafna…

Kultura

Għaddej ir-restawr tal-eqdem binja fil-Mellieħa . . . kumpless ta’ tmintax-il kamra li kienu nbnew biex joffru spazju għal ftit ħin ta’ mistrieħ lill-pellegrini li jżuru s-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Il-qagħda…

Kostruzzjoni

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) tikkundanna r-rimi illegali ta’ skart tal-kostruzzjoni f’postijiet pubbliċi. Dan l-assoċjazzjoni qalitu fi stqarrija wara t-tħassib li wera l-pubbliku fuq il-media soċjali, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rimi ta’…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Aktar