COVID-19
Se jinfetħu l-kumplament tal-ħwienet u ċ-ċentri tal-ħarsien tat-tfal

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, qalet li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 kienet ikkontrollata f’Malta, fejn għalkemm ħafna nies inżammu d-dar iżda tpoġġew fi kwarantina. Semmiet il-fatt li l-RT erġajna niżżilniha, u din kienet sforz il-ħidma u s-sagrifiċċji ta’ kulħadd.

Qalet li l-miżuri ġew rilaxxati wara evalwazzjoni tar-riskju, u kienu akkumpanjati dejjem b’miżuri ta’ mitigazzjoni.

Ħabbret li għalhekk ninsabu f’pożizzjoni biex ċertu ħwienet li kienu għadhom ma nfetħux, issa se jinfetħu minn nhar il-Ġimgħa li ġej.

Se jinfetħu wkoll iċ-childcare centres b’differenza, u jekk is-sitwazzjoni tibqa’ tajba jinfetħu ċentri edukattivi oħra ‘l quddiem. Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Prof Gauci spjegat li jrid ikun hemm inqas tfal f’kull ċentru, u prinċipju bażiku li jrid jiġi osservat hu li kemm jista’ jkun dawn ma joqgħodux jinbidlu u jibqgħu fl-istess grupp daqslikieku huma familja.

Prof Gauci qalet li xi avvenimenti wkoll se jitħallew isiru, iżda mhux avvenimenti tal-massa bħal ma kellna s-sajf li għadda, għax il-prinċipju ta’ distanza soċjali jrid jibqa’ jinżamm.

Ara l-konferenza hawn:

Konferenza tal-Aħbarijiet mill-PM Robert Abela

Il-Prim Ministru Robert Abela iħabbar iktar rilaxx ta' miżuri addottati minħabba s-sitwazzjoni COVID-19. Ix-xandira mistennija tibda' fis-7pm

Gepostet von Television Malta am Montag, 1. Juni 2020

Ara wkoll:

Minn nhar il-Ġimgħa se jiġu rilaxxati kważi l-miżuri kollha, iżda l-maskri se jibqgħu jintlibsu

“Malta rebħet il-gwerra kontra l-Covid-19”

Ara liema huma l-pajjiżi li l-Maltin jistgħu jsiefru lejhom minn Lulju

Aħbarijiet Oħra
Politika

Għadd imdaqqas ta’ deputati tal-Partit Nazzjonalista llejla dehru deħlin fid-Dar Ċentrali, għal-laqgħa li ma ssejħitx b’mod uffiċjali, kif ikkonferma kelliem tal-partit. Iktar kmieni llum Dr Adrian Delia qali li l-ġimgħa…

COVID-19

L-awtoritajiet Awstraljani fit-tieni l-aktar stat popolat, Victoria, qed jagħmlu minn kollox sabiex irażżnu l-imxija tal-coronavirus. L-istat premier Daniel Andrews ħabbar li mat-3,000 familja f’akkomodazzjoni tal-Gvern mifruxa f’disa’ torrijiet għoljin, se…

Immigrazzjoni

Żewġ immigranti minn 52 li jinsabu fuq vapur tal-merkanzija ankrat f’ibħra territorjali Maltin iddaħħlu f’Malta iktar kmieni llum minħabba emerġenza medika. Dan kien ikkonfermat minn kelliema għall-Forzi Armati ta’ Malta,…

Aktar