Barranin
Se jingħataw il-flus lura u btala f’Venezja wara li ngidmu minn restorant

L-erba’ turisti Ġappuniżi li ngidmu minn restorant f’Venezja ftit tal-jiem ilu se jingħataw il-flus li ħallsu biex kielu 4 biċċiet laħam, platt ħut moqli u flixkun ilma.

Dan qalu l-President tal-assoċjazzjoni tan-negozjanti ta’ Venezja Roberto Magliocco wara dak li ġara lill-istudenti Ġappuniżi meta marru jieklu f’restorant qrib Pjazza San Mark.

Magliocco qal li dan il-ġest se jsir biex itaffi mir-reputazzjoni ħażina li ngħatat il-belt Taljana b’mod partikolari lir-restorantiera kollha ta’ Venezja.

Minbarra r-rimbors tal-ikla, Magliocco qal li jekk jaċċettaw l-offerta li se ssirilhom mill-assoċjazzjoni tal-lukandiera, il-Ġappuniżi jkunu jistgħu jqattgħu wkoll żewġt iljieli f’lukanda f’Venezja.

L-assoċjazzjoni tan-negozjanti lesta li toffrilhom ukoll dawra bi speedboat jew gondola biex jesploraw aħjar il-belt u jibqalhom rikordju sabiħ ta’ Venezja.

Ara wkoll:

Iħallsu €1,100 għal ikla laħam u ħut