Se jinħatar Chairman ieħor tal-KMS dalwaqt – Dr Buontempo

 

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Stefan Buontempo qal li fil-futur qarib se jinħatar chairman ġdid tal-Kunsill Malti għall-Isport minflok Jonathan Barbara li rriżenja f’Settembru wara erba’ xhur fil-kariga.

Television Malta ha l-kummenti tas-Segretarju Parlamentari Buontempo waqt il-ftuħ ta’ sena oħra ghal Skola Sport. S’issa rreġistraw ‘il fuq minn 2,500 tifel u tifla biex jieħdu sehem f’xi waħda mill-50 dixxiplini sportivi li se jkunu qed isiru f’20 post madwar Malta. Fost id-dixxiplini ġodda, din is-sena hemm il-waterpolo, l-lotta u l-American Dance.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-applikazzjonijiet se jibqgħu miftuħa matul is-sena bil-għan li jkomplu jiżdiedu t-tfal li jagħzlu li jipprattikaw l-isport. Qal li għalkemm żdiedu l-parteċipanti min naħa t’isfel ta’ Malta fi skola sport, huwa inaċċettabli li mit-tlett ibliet tal-Kottonera rreġistraw biss 13-il tifel u tifla.
Żied li l-Gvern huwa mpenjat biex jgħin ħalli it-tfal minn ċkunithom jitrawwmu fl-isport. Il-programm ta’ Skola Sport isir b’investiment ta’ 250 elf ewro. Is-segretarju parlamentari Buontempo qal li għall-ewwel darba l-Gvern se jħares biex ma jkunx biss il-Kunsill Malti ghall-Isport li jkun involut fi skola sport, iżda anke d-diversi coaches u clubs mxerdin mal-pajjiż u li jħarrgu t-tfal f’lokalitajiet varji.
Dr Buontempo qal ukoll li fl-iskola nazzjonali tal-isport f’Hal Kirkop, din is-sena daħlu aktar studenti, inkluż għall-ewwel darba, studenti b’diżabilita.
 
Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar