Lokali
Se jitħabbru bidliet fil-protokolli dwar il-kwarantina u r-restrizzjonijiet marbuta mal-ivvjaġġar

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għada filgħodu se jkun qiegħed iħabbar bidliet dwar ir-restrizzjonijiet marbuta mal-ivvjaġġar.

Fi tweet, il-Ministru Fearne qal li wara laqgħa li kellu dalgħodu mas-Supretendent tas-Saħħa, il-Prof. Charmaine Gauci se jkun qiegħed iħabbar ukoll bidliet fil-protokolli tal-kwarantina.

Fl-aħħar jiem, kienu bosta li appellaw lill-awtoritajiet tas-saħħa biex persuni li jaslu minn pajjiżi fiż-żona l-ħamra jagħmlu l-kwarantina tagħhom f’darhom flok f’lukanda.