COVID-19
Se jitneħħew uħud mill-miżuri ristrettivi fid-djar tal-anzjani

Issokta l-programm ta’ tilqim u issa qed joqorbu s-sebgħin elf it-total ta’ dożi li ngħataw għal kontra l-virus. B’kollox tlaqqmu 21,800 persuna biż-żewġ dożi, il-maġġoranza tagħhom anzjani fid-djar residenzjali.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, qal li hemm evidenza li t-tilqima qed taħdem u fil-jiem li ġejjin se jitneħħew restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani.

“Dawk il-persuni li huma residenti fid-djar tal-anzjani fejn iktar minn 90% tar-residenti ħadu t-tieni doża u għaddew għaxart ijiem biex b’hekk l-immunità se tkun waslet fil-massimu tagħha, se nneħħu l-miżuri ta’ shielding. Jiġifieri mhux se jibqa’ dak il-miżuri li wieħed ma jistax iżur il-qraba tiegħu jew fejn l-anzjani ma jistgħux jitħalltu ma’ xulxin imma se nkunu qegħdin anke riżultat tas-suċċess tal-vaċċin f’dak l-age group, inneħħu dawk il-miżuri.”

Ara wkoll:

F’Marzu l-bars se jibqgħu magħluqa u r-ristoranti jistgħu jibqgħu miftuħa sa 12am