Politika
Se jitressaq abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-koabitazzjoni

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali mal-Kunsill Nutarili.

Il-Ministru Zammit Lewis semma kemm il-Kunsill Nutarili kienu kruċjali fil-qasam tal-identità tal-ġeneru, fejn ġew introdotti mekkaniżmi ġodda f’dan ir-rigward li ġew implimentati min-nutara b’mod effiċjenti.

Żied li ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni, u minn hemm ikun jista’ jibda l-proċess tal-Gvern biex dan l-abbozz jiġi diskuss fil-Kamra tad-Deputati, bil-għan li ssir liġi biex koppji li jgħixu taħt saqaf wieħed ikollhom ċertezza legali dwar il-pożizzjoni tagħhom.

Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Nutarili laqa’ din l-aħbar u qal li mill-ewwel sab l-ispazju biex bħala kunsill jippreżenta l-proposti tan-nutara f’kuntest ta’ djalogu strutturat.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar