Qorti
AĠĠORNAT: Is-suspettat li allegatament qatel lil Charlene Farrugia jeħel 7 snin ħabs b’rabta mal-attentat ta’ serqa

John Paul Charles Woods ta’ 39 sena mwieled l-Ingilterra, ftit tal-ħin ilu tressaq il-Qorti akkużat bl-attentat ta’ hold-up li wettaq bħal-lum ġimgħa f’ħanut fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira.

Woods huwa s-suspettat ewlieni li allegatament qatel lil Charlene Farrugia, tfajla ta’ 25 sena li għebet 11-il sena ilu.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, l-akkużat John Pierre Woods wieġeb ħati tal-akkużi.

Huwa kien akkużat mill-Ispetturi Fabian Fleri, Jonathan Ransley u Lydon Zammit bl-attentat ta’ hold up, li żamm erba’ persuni fil-ħanut kontra l-volonta tagħhom, li rreżista bi vjolenza membri tal-Korp tal-Pulizija, ġarr sikkina, li kiser il-kundizzjonijiet tal-Qorti fuq żewġ sentenzi meta kien taħt probation u li sar reċediv.

Wara li l-Qorti spjegat li bl-ammissjoni tiegħu jista’ jeħel sentenza ta’ priġunerija u multa, Woods ikkonferma li qed jammetti l-akkużi kollha.

Il-Maġistrat Galea għaldaqstant ikkundannatu 7 snin ħabs u multa ta’ €4,200.

John Paul Woods kien ġie arrestat it-Tnejn illi għadda wara li spiċċa msakkar fil-ħanut, sakemm daħlu għalih il-Pulizija u arrestawh. Hu rreżista l-arrest u waqt li kien qed jinħareġ mill-ħanut beda jgħajjat li ġie arrestat għalxejn.

Waqt li kien fil-kustodja tal-Pulizija biex jiġi investigat dwar dan l-attentat ta’ hold up Woods tkellem dwar l-għibien tat-tfajla u allegatament qal li kien qatilha u indika fejn kien hemm il-fdalijiet tagħha. Il-fdalijiet tagħha nstabu f’daħla fis-sur tal-Belt, fil-foss ta’ wara l-lukanda Phoenicia s-Sibt li għadda.

Ara wkoll:

X’aktarx inqatlet b’mod makabru f’post ieħor minn fejn instabet

 

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Aktar