Qorti
Se jittressaq il-Qorti sid ta’ kelb li gidem mara f’wiċċha

Il-Qorti ddeċidiet li hemm bażi legali biex il-Pulizija tibda proċeduri legali kontra Peter Attard, sid il-kelb li allegatament gidem lil Lindsey Vella.

Dr Stefano Filetti, l-avukat ta’ Lindsey Vella fetaħ proċeduri fil-Qorti kontra l-Kummissarju tal-Pulizija wara li l-Pulizija ma resqitx lil sid il-kelb il-Qorti fosthom minħabba li l-kelb kien ikkontrollat minn sidu b’ċinga.

Il-każ seħħ f’ħanut meta sid il-kelb daħal bil-kelb u l-kelb gidem lil Lindsey meta marret biex tbusu.

Quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja, il-Qorti semgħet l-istqarrija tal-Kummissarju tal-Pulizija, li sid il-kelb talab il-permess ta’ Lindsey qabel daħal fil-ħanut fejn taħdem hi. Qal li hi aċċettat li jidħol il-kelb u qagħdet titħaddet ma’ sid il-kelb fuq l-istess kelb. Qal li sid il-kelb qalilha li l-kelb kien friendly iżda meta Lindsey bdiet tgħid lill-kelb biex jagħtiha siequ,tagħtu xi ikel u marret biex tbusu, il-kelb gidimha f’wiċċha.

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija qal li kienet Lindsey li għażlet li tmur tifraħ u tbus lill-kelb u li meta gidimha l-kelb kien fil-kontroll ta’ sidu, u li sidu ma kellux f’moħħu dak li seta’ jbeżża’ jew idejjaq lill-kelb u anqas  ma setax jantiċipa l-istint tal-kelb jew li jkollu l-kontroll fuqu.  Qal li mhux biss dis il-kelb għandu responsabbiltajiet iżda anke terzi persuni li jmorru jilagħbu mal-klieb.

Il-Qorti qalet li mhux qiegħda biex tistabbilxxi jekk Peter Attard hux ħati jew le iżda biex tara jekk hemm bażi li jibda l-każ. Qalet li r-razza tal-kelb hija magħrufa bħala fost l-aktar razza aggressiva ta’ klieb u għalhekk għalkemm il-kelb qatt ma gidem lil xi ħadd ma jfissirx li mhux perikoluż. Qalet li l-argument tal-Kumissarju tal-Pulizija kien ikun validu jekk il-provi li kellu f’idejh kienu juru li l-inċident seħħ tort ta’ Lindsey Vella. Għaldaqstant il-Qorti ddeċidiet li hemm bażi legali biex jibda jinstema’ l-każ u jinfetħu proċeduri kriminali kontra sid il-kelb.

Ara wkoll:

Kelb jisfiguralha wiċċha iżda tgħid li se tibqa’ tħobb l-annimali

Tfittex għad-danni lil sid il-kelb li sfreġjalha wiċċha

Aħbarijiet Oħra
Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Lokali

Stephanie Galea, omm ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019. Galea ħadet sehem ilbieraħ filgħaxija fil-konkors Mrs Malta. Fl-ewwel kummenti rringrazzjat lill-familja kollha tagħha li tawha l-appoġġ….

Afrika

Il-Ghana hu l-aħħar pajjiż fl-Afrika fejn Malta fetħet ambaxxata. Ir-relazzjonijiet u l-opportunitajiet ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi se jkunu fuq l-aġenda ta’ żjara statali f’Malta l-ġimgħa d-dieħla mill-President tal-Ghana. Ir-relazzjonijiet…

Aktar