Barranin
Se jitwaqqaf grupp ta’ esperti biex iżomm taħt għajnejh il-varjanti tal-Covid

F’kitba fuq Twitter, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà Alimentari Stella Kyriakides ħabbret li llum, waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Mexxejja Ewropej fi Brussell, se jissaħħaħ il-pjan Ewropew għall-bijodifiża kontra l-varjanti tal-Covid-19, imlaqqam ‘HERA Incubator’.

F’dan l-isfond, fuq Twitter ukoll, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen fissret li se jitwaqqaf grupp ġdid ta’ esperti bil-għan li jżomm taħt għajnejh il-varjanti tal-Covid u jagħti pariri fuq x’inhi t-triq ‘il quddiem b’rabta mal-pandemija, fosthom fuq it-tilqim.