Lokali
Se jitwaqqaf sa Settembru li ġej il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment

Il-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment se jingħalaq u l-aġenti ġew infurmati biex ma jaċċettawx iżjed applikazzjonijiet. Minflok ser isiru regolamenti ġodda dwar ir-residenza b’żewġ saffi. Saff minhom jagħti dritt lil persuni li jkunu kwalifikaw għar-residenza biex japplikaw għaċ-ċittadinanza wara tlett snin u saff ieħor li jagħti cans lir-residenzi li japplikaw wara sena iżda dawn ikunu iridu jagħmlu kontribuzzjoni ekonomika akbar minn tal-ewwel saff.

Għalkemm kien għad jonqos mat-300 applikant biex tintlaħaq il-kwota tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’investiment, il-gvern wara konsultazzjoni wiesa fosthom mal-Kamra tal-kummerċ u mal-aġent tal-programm iddeċieda li sa Settembru jingħalaq dan il-programm u jintoduċi tibdil fir-regoli dwar ir-residenza ta’ persuni barranin bi dritt li dawn jimxu għaċ-ċittadinanza jekk jikkwalifikaw u jilħqu l-kriterji li ser isiru minn aġenzija ġdida.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-Ċittadinanza, Alex Muscat, qal li l-abbozz ta’ liġi għal dan diġà tressaq fil-Parlament u wera t-tama li jiġi approvat saħansitra bi qbil qabel mal-Kamra tad-Deputati taġġorna għall-btajjel tas-sajf. Spjega li bit-tibdil propost wara sentejn ta’ konsultazzjonijiet, ser ikunu indirizzati d-diversi diffikultajiet li tqajmu kontra l-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment.

Taħt ir-regolamenti l-ġodda l-applikant irid ikun ilu tliet snin residenti f’Malta biex japplika għaċ-ċittadinanza jew f’każi eċċenzjonali jista’ japplika wara sena ta’ residenza. L-applikanti jridu iħallsu €600,000 jekk iridu jistennew tliet snin biex jimxu għaċ-ċittadinanza u €750,000 jekk ikunu iridu japplikaw wara sena minbarra il-€50,000 għal dipendenti tagħhom.

Id-dħul minn dawn l-applikazzjonijiet ser jibqa’ jinqasam 70 fil-mija tad-dħul għal fond nazzjonali u tal-iżvilupp u 30% għal budget tal-gvern. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-aġenzija l-ġdida li ser tamminsitra dawn r-regolamenti ser ikollha kriterji aktar resitrinġenti. L-applikanti ser ikunu marbuta li jagħtu donazzjoni ta mhux inqas minn €10,000 lil għaqdiet volontarji.

Bir-regolamenti l-ġodda, l-proprjetà li trid tinxtara minn dawn ir-residenti ser tiżdied għal €700,000 waqt li dawk li jagħżlu li jikru huma obbligati jidħlu f’kirjiet ta’ €18,000 fis-sena. Riforma oħra hija fl-aġenti li jipproċessaw dawn l-applikazzjonijiet li jridu jkunu professjonisti li huma midħla tal-liġi kontra l-ħasil tal-flus. Ser titneħħa wkoll il-fakultà li Ministru jista’ jagħti ċittadinanza lil individwi li jistgħu ma jkunux laħqu l-kriterji legali bażiċi. Is-Segretarju Parlamentari Muscat qal li b’dan it-tibdil, ser tispiċċa l-impressjoni li Malta qed tbiegħ il-passaporti.

Is-Sur Muscat stqarr li fil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment kien hemm madwar 22 fil-mija tal-applikazzjonijiet li ġew rifjutati fil-proċess tal-verifika iżda ammetta li kien hemm erba’ applikanti li skappaw mil-għarbiel. Qal li fi tnejn minnhom diġà ġiet irtirata ċ-ċittadinanza tagħhom u tnejn oħra qegħdin fil-process biex tiġi irtirata.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Lokali

Melvin Theuma,  l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei. Ġimagħtejn ilu huwa ddaħħal l-isptar wara li kien instab f’għadira f’demm b’feriti f’għonqu u fil-kustilji. Dan wara li…

Edukazzjoni

Bil-pjan tal-Gvern hu li f’Settembru jiftħu l-iskejjel, il-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnnici qal li għaddejjin taħdidiet biex it-tagħlim tat-tfal isir mis-sena skolastika li jmiss bil-miżuri meħtieġa kontra l-imxija tal-Covid. Dr Bonnici tkellem…

Saħħa

L-operazzjonijiet se jerġgħu jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej iżda d-direttivi tal-Outpatients se jibqgħu fis-seħħ. Dan intqal mill-MAM fi stqarrija uffiċjali wara l-aġġornament tal-aħbarijiet li ta d-Deputat Mexxej, Dr Chris Fearne…

Aktar