Se jitwaqqgħu partijiet mit-Torri l-Abjad li m’għandhomx valur storiku

Żewġt ikmamar mingħajr ebda valur li nbnew mal-erbgħin sena ilu fit-Torri l-Abjad, fil-limiti tal-Mellieħa, se jitwaqqgħu bħala parti minn proġett ta’ restawr f’dan it-torri storiku. Ir-restawr se jsir minn Din l-Art Ħelwa li ġiet fdata bit-torri mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.

Mibni fl-1658 mill-Gran Mastru Martin de Redin bħala wieħed minn tlettax it-torri għall-ħarsien tal-kosta, it-Torri l-Abjad fil-Mellieħa issa jinsab fir-responsabilita’ ta’ Din l-Art Ħelwa. Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għadda t-torri lil din għaqda mhux governattiva li se tkun qed tirrestawrah b’investiment ta’ kważi nofs miljun ewro.

Il-President ta’ Din l-Art Ħelwa, Maria Grazia Cassar, qalet li l-pjan hu li l-binja tintuża għal skop ta’ tagħlim dwar l-inħawi tal-Armier. Din hija d-dsatax-il binja ta’ wirt storiku taħt il-ħarsien ta’ Din l-Art Ħelwa.

Il-kordinatur tal-proġett, Martin Vella spjega li oriġinarjament t-Torri l-Abjad kien differenti minn kif inhu llum u kien jixbah lit-Torri tal-Għallis. Fl-1715, kien tħaffer foss u nbnew “gun post” u “block house”, fejn is-suldati kienu jaħżnu l-munizzjon għall-kanuni.

“Però rridu niftakru wkoll li l-Ingliżi fis-seklu dsatax kienu użaw it-Torri wkoll bħala residenza estiva tad-diversi gvernaturi f’Malta u bnew kamra fuq il-block house u xi kmamar fuq il-bejt. Dawk se nippreservawhom ukoll u nagħtuhom id-dinjita li tixraqilhom. Il-binjiet li saru fis-sebgħinijiet u fit-tmeninijiet huma mhux ikkunsidrati ta’ valur storiku u dawk sa jitwaqqgħu,” stqarr Vella.

Is-Sur Vella spjega li llum l-għadu ewlieni ta’ fortifikazzjonijiet bħat-Torri l-Abjad huma tlieta: l-abbandun; il-vandaliżmu; u l-elementi.

Is-Sindku tal-Mellieħa, John Buttigieg, qal li din hija l-ħames binja li l-Kunsill Lokali għadda lil għaqdiet fosthom it-Torri l-Aħmar, li wkoll jinsab fir-responsabilita’ ta’ Din l-Art Ħelwa.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar, Deborah Schembri, raddet ħajr lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-istorja rikka ta’ binjiet bħat-Torri l-Abjad qed jgħaddiha biex titgawda mill-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Saħħa

Waqt attività tal-għoti tad-demm organizzata mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, 30 ħaddiem tal-awtorità nkiteb biex l-organi tiegħu jingħataw b’donazzjoni wara mewtu. Waqt l-istess attivtà, 19-il persuna oħra taw id-demm. L-ERA stiednet…

Forzi Armati

Post pożittiva fuq il-paġna ta’ Alison Bezzina, li tiġġieled għad-drittijiet tal-annimali, turi kif żewġt iklieb reġgħu ngħaqdu ma’ sidhom wara li nġabru minn membri tal-Forzi Armati. Bezzina qassmet din l-aħbar…

Aktar