“Se jkollna ban totali fuq iċ-ċomb għad-dilettanti tal-kaċċa u l-isportivi”

Rakkomandazzjoni mill-Aġenzija tal-Kimika Ewropea li mistennija tidħol fis-seħħ fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea se tipprojbixxi l-użu ta’ munizzjon biċ-ċomb viċin artijiet mistagħdra, jiġifieri artijiet mgħarrqa bl-ilma f’distanza ta’ 300 metru.

L-Ewroparlamentari Alex Agius Saliba li huwa wieħed mill-membri fl-intergrupp dwar il-kaċċa fil-Parlament Ewropew qal li din il-proposta għandha tinkwieta lill-kaċċaturi kif ukoll lid-dilettanti li jipprattikaw l-isport tal-isparar. Żied jgħid li din hi rakkomandazzjoni inġusta għaliex tpoġġi lil kull pajjiż f’keffa waħda.

“Jekk din id-definizzjoni ttieħdet u tiġi użata se niġu f’sitwazzjoni fejn se jkollna ban totali u ma jistax jintuża b’mod totali ċ-ċomb mid-dilettanti tal-kaċċa u l-isportivi.”

Lucas Micallef kelliem għall-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti qal li d-distanza mposta mill-Kummissjoni Ewropea prattikament se taqta l-użu taċ-ċomb f’Malta. Is-Sur Micallef qal li jekk din ir-regola tidħol fis-seħħ ser iġġib piż finanzjarju kbir fuq id-dilettanti li jkollhom juzaw skrataċċ differenti.

“Dawn l-iskrataċ huma għaxar darbiet aktar għolja minn skrataċċ normali u dak li jkun ovvjament se tillimitah ħafna minn kemm minn se jkun jista’ jipprattika u se jkun obbligat ibiddel l-arma tiegħu din tista’ taffettwa wkoll l-isport.”

Dr Agius Saliba qal li flimkien ma’ Ewroparlamentari oħra qed jittama li l-ħidma tagħhom twassal għall-bidla f’din ir-rakkomdazzjoni.

“Bdejna b’buffer zone ta’ 500 metru li kienet ġennata totali u bdejna n-naqqsu, t-tieni proposta 400 metru u l-aħħar proposta dak l-aħħar waħda finali ta’ 300 metru.”

Huwa sostna li ma jistax ikun li r-rakkomdanazzjoni bħal din taqbeż il-parlament u l-fora tad-diskussjoni u tiġi applikata fuq il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea mingħajr konsultazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-logħbiet li ġejjin fl-Italja ser jintlagħbu bil-bibien magħluqa f’dawk ir-reġjuni affettwati mill-Coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru Taljan għall-Isport Vincenzo Spadafora it-Tnejn filgħaxija fejn qal li minħabba li l-logħob irid jintlagħab sabiex…

Barranin

Skont il-ġurnal Taljan La Repubblica, il-coronavirus kompla jinfirex fl-Italja, b’żewġ każijiet ġodda jfeġġu f’Palermo u f’Firenze. Dan ifisser li issa feġġ l-ewwel każ anke fi Sqallija. Skont l-istess ġurnal jidher…

Barranin

Filmat bid-drone juri mijiet ta’ persuni fi kju twil mijiet ta’ metri, bil-għan li jixtru maskra biex jgħattu biha mneħirhom u ħalqhom f’Daegu. Is-supermarket partikolari, li jinsab fid-distrett ta’ Chilseong…

Barranin

Harvey Weinstein ittieħed l-Isptar ta’ Bellevue f’Manhattan ilbieraħ, wara li lmenta li kien qed ibati minn uġigħ f’sidru. Hu kien sejjer fi triqtu għall-ħabs f’Rikers Island, iżda minflok ittieħed l-isptar….

Aktar