Edukazzjoni
Se jkun hemm 150 student għall-kors biex isiru għalliema

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, qal li għal din is-sena fl-Università se jkun hemm 150 student u studenta li għażlu l-kors biex isiru għalliema.

Waqt l-inawgurazzjoni ta’ uffiċini ġodda tal-MUT, il-Ministru Bartolo qal li l-pajjiż se jkollu sfida kbira biex isib għalliema fis-suġġetti tal-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenzi.

Hu ħabbar li fiż-żmien li ġej, il-Gvern se jħabbar miżuri biex ittaffi l-piż tax-xogħol tal-għalliema li kulma jmur qal qed isir iżjed diffiċli.

Qal li hu stmat li sas-sena 2030 se jkun hawn bzonn 69 miljun għalliem fid-dinja. Spjega li Malta għandha l-iktar grupp żagħżugħ ta’ għalliema meta mqabbel mal-pajjiżi tal-UE.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

F’żewġ każijiet separati, llum żewġt irġiel ippruvaw iweġġgħu lilhom infushom waqt li kienu miżmuma fil-lock-up tal-Pulizija. L-ewwel każ seħħ fis-sagħtejn neqsin kwart u nvolva raġel Eġizzjan, waqt li t-tieni każ…

Attività

Min-nhar l-Erbgħa sal-Ħadd li ġej it-toroq fiċ-ċentru tar-Rabat qed jilqgħu ir-raba’ edizzjoni ta’ Natalis Notabilis, l-ikbar villaġġ tal-Milied f’Malta. Fost l-attrazzjonijiet, bankarelli b’ikel tradizzjonali tal-Milied, logħob għat-tfal u produzzjonijiet tad-drama…

Politika

Ikomplu jterrqu fil-lokalitajiet u anke fuq il-mezzi tal-media biex jirbħu l-qlub u l-vot tal-attivisti Laburisti li fil-11 ta’ Jannar iridu jgħażlu bejn id-deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Robert…

Qorti

Mara u raġel skansaw il-ħabs u ġew illiberati mill-akkużi kollha wara li appellaw minn sentenza tal-Qorti tal-Maġistrati. Anne Axiak ta’ 48 sena kienet weħlet 14-il xahar ħabs u Edward Grech…

Aktar