Ambjent
Se jsir xogħol ta’ riabilitazzjoni fuq żewġ widien

B’investiment ta’ miljun u tliet mitt elf ewro, se jsir xogħol ta’ rijabilitazzjoni fuq żewġ widien: Wied Għajn Riħana u Wied Liemu. Ambjent Malta bħalissa qed tagħmel stħarriġ dwar il-widien kollha ta’ Malta u Għawdex bil-ħsieb li jiġu rijabilitati.

Wied Għajn Riħana fil-limiti ta’ Burmarrad u Wied Liemu huma tnejn mill-widien li se jiġu rijabilitati.

Il-Kap tal-Immaniġġjar tal-widien fi ħdan Ambjent Malta, Alexander Borg Galea spjega li x-xogħol se jibda bit-tneħħija ta’ siġar invażivi li qed jagħmlu l-ħsara. . . bħalma hi l-akaċja.

” Dawn se nneħħuhom u se nħawlu mal-elf u sitt mitt siġra u arbuxelli indiġeni biex nerġgħu nagħmlu foresta żgħira tal-widien f’dan il-post.”

Is-Sur Borg Galea spjega li se jsir restawr tal-ħitan tas-sejjieħ u minflok ix-xatbiet tal-ħadid se jsir oħrajn tal-injam, se jitjieb l-aċċess għall-bdiewa li għandhom l-għelieqi fil-qrib u sistema ta’ tisqija għall-pjanti.

Qal li bħalissa qed isir stħarriġ dwar l-widien kollha ta’ Malta u Għawdex.

“X’hemm mill-att ta’ speċi invażivi, x’hemm mill-att ta’ abitati li huma imprtanti li aħna nikkonservawhom, fejn għandna nużaw il-widien biex ngħinu jkun hemm iktar ilqugħ tal-ilma u anke ngħinu biex ikun hemm aktar ilma fil-pjan.”

Is-Sur Borg Galea qal li wara se jitfasslu l-pjani ghal konservazzjoni ta’ dawn il-widien.

Il-Ministru għall-Ambjent, Josè Herrera qal li l-Gvern hu moralment u legalment obbligat li jippreserva l-biodiversità tal-pajjiż.

Dr Herrera qal li x-xogħlijiet fl-ewwel fażi ta’ Wied Għajn Riħana se jiswew miljun u mitt elf ewro waqt li dawk f’Wied Liemu, li huwa iżgħar, se jsiru b’mitejn elf ewro/ Il-proġett se jsir b’kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej, Edward Zammit Lewis qal li dawn huma fondi li ihallu effetti mhuwiex biss ambjenatli imma ekonomici ukoll kemm mil-lat tal-bdiewa kif ukoll il-konservazzjoni tal-ilma.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-gvern fi stqarrija qal li jieħu nota ta’ dak li qalet l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra tal-President ta’ Malta u tal-Prim Imħallef. Għall-ewwel darba fl-istorja kostituzzjonali ta’ pajjiżna, il-Prim Ministru qed ineħħi…

Kurżitajiet

L-arti hija kullimkien anke fis-sengħa tal-barbiera. Mhux biss jaqtgħu x-xagħar, iżda jirnexxielhom bi preċiżjoni u paċenzja kbira jnaqqxu personaġġi famużi fuq il-qurriegħa tal-klijenti tagħhom. Niskopru l-ħila ta’ barbier Marokkin, li…

Festi

Dħalna Ħal Luqa fis-skiet li s-soltu ma jkunx qed jiddomina fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Lulju – il-festa tal-patrun Sant Andrija. Ittawwalna wkoll fil-parroċċa dedikata lil dan il-qaddis, li bħal- lum…

Mużika

Il-Valletta Waterfront qed tospita mumenti ċinematiċi u mużikali għall-festival tas-Sajf li qed issir b’kollaborazzjoni mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta f’wieħed mill-ewwel festivals kulturali live wara l-waqfa tal-Covid-19. Fl-isfond tax-xenarju mill-isbaħ tal-fortifikazzjonijiet…

Aktar