COVID-19
Se jxammru l-kmiem minkejja li waqfu minn xogħolhom kawża tal-pandemija

53 impjegat minn kumpanija privata li kellhom jieqfu mix-xogħol minħabba l-imxija tal-COVID19, se jxammru l-kmiem biex jaħdmu fuq progetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi.

Għall-impjegati tal-kumpanija Ozo Malta li xogħolhom jiddependi mit-turiżmu, l-għażla kienet li jibqgħu d-dar u jibbenefikaw mill-iskema ta’ tminn mitt ewro imħalsa mill-gvern. Dawn it-tlieta u ħamsin impjegati madankollu mhux ser jibqa’ b’idejhom fuq saqajhom jistennew żminijiet aħjar għat-turiżmu. Minflok ser jaħdmu ammont ta’ sigħat fil-ġimgħa b’mod volontarju fuq proġetti ta’ manutenzjoni f’żoni turistiċi.

Il-ħaddiema tal-Ozo Malta se jgħinu f’xogħlijiet tal-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi u tad-Diviżjoni tal-Manutenzjoni tat-Tindif. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Ozo Malta, Fabio Muscat qal li l-kumpanija trid trodd lura lis-socjetà bi kwalunkwe mod possibbli.

”Konna ċari li l-ebda job ma kien se jintilef. Dan grazzi għall-għaqal tal-kumpanija kif ukoll għall-assistenza provduta mill-gvern. Però ridna nagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà din l-opportunità u għalhekk iddeċidejna mal-Ministeru tat-Turiżmu u mal-GWU biex il-ħaddiema tagħna jassistu diversi entitajiet fil-manutenzjoni ta’ żoni pubbliċi.

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli ħeġġet kumpaniji oħra jagħmlu bħal Ozo Malta.

”Malta kienet dejjem reżiljenti kif tiffaċċja l-isfidi tagħha u din hija turija ċara kif turi solidarjetà minn ħaddiema li diġà fil-passat u fi snin twal ħadmu fis-settur turistiku u issa qed jagħtu mill-ħin volontarju tagħhom minflok jieħdu tminn mitt ewro u joqgħodu d-dar, iħossu li għandhom jagħtu lura xi ħaġa lejn in-nazzjon.

Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li se tkompli l-ħidma ma’ entitajiet oħra fuq inizjattivi ġodda, biex ladarba tgħaddi l-pandemija s-settur tat-turiżmu jerġa’ jsib saqajh.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Wara kważi erbgħin jum fuq il-baħar, il-Gvern Malti ddeċieda li jdaħħal f’Malta lill-immigranti li kienu qed jinżammu barra t-territorju Malti. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li s-sitwazzjoni fuq dawn il-vapuri saret…

Enerġija

L-istudju għall-impatt ambjentali għall-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija ġie sottomess lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, ERA, waqt li l-awtoritajiet kompetenti fl-Italja qed jiffinalizzaw l-istudji biex jiġi ppreżentat ukoll ir-rapport tal-impatt…

Stejjer Umani

Imweġġa’ bil-qtil brutali tal-Afro Amerikan George Floyd fl-Istati Uniti u bil-qtil razzista wkoll tal-immigrant Lassana Cisse s-sena li għaddiet, Martina Borg marret fuq il-midja soċjali b’messaġġ emozzjonali kontra r-razziżmu. It-tfajla…

COVID-19

Studenta ta’ 22 sena, Rebecca Caruana kitbet ktejjeb elettroniku dwar il-pandemija tal-Covid 19 li se jiġi ppubblikat ftit tal-jiem oħra fi New York bi sħab mal-organizazzjoni dinjija tas-saħħa u ċ-Ċentri…

Aktar