Barranin
Se ndumu snin biex nirkupraw – l-OECD dwar l-ekonomija u l-pandemija

L-OECD (Organisation for Economic Co-operation and Development) qalet li l-Coronavirus ġabet l-ekonomija għarkupptejha globalment u se ndumu s-snin biex nirkupraw mill-ħsara li ġabet magħha din il-pandemija.

Is-Segretarju Ġenerali tal-OECD, Angel Gurría qal li x-xokk li ħadet l-ekonomija ħafna agħar mill-kriżi finanzjarja.

F’intervista mal-BBC, Gurría qal li nistgħu ninsew li ladarba l-virus jgħib, kollox se jerġa’ jiġi lura għan-normal f’tebqa t’għajn.

Is-Segretarju Ġenerali qal li fost l-akbar ekonomiji tad-dinja jispiċċaw f’riċessjoni fix-xhur li ġejjin. Huwa qabbel l-inċertezza ekonomika tal-lum ma’ dik li ġab miegħu l-attakk terroristiku ta’ 9/11, iżda qal li diġà qed inħossu riperkussjonijiet ħafna akbar minn dak tal-2001.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar