Barranin
“Se nimmissjah wisq” – Biden iħabbar b’diqa l-mewt tal-kelb tal-familja

Il-President Amerikan Joe Biden u martu Jill Biden ħabbru l-mewt tal-kelb tagħhom Champ. Kelb, tar-razza German Shepherd li kien ilu għandhom 13-il sena.

Fuq Twitter, Biden qal li l-familja Biden tilfet element importanti tal-familja. Stqarr, li n-nuqqas ta’ Champ se jħossu bil-bosta.

Fi stqarrija, Biden u martu qalu li Champ kien maġenbhom fit-tajjeb u l-ħażin. Qalu, li kinilhom ta’ spalla f’mumenti diffiċli kif ukoll li kien dejjem lest li jnisslilhom tbissima bil-preżenza u l-imħabba tiegħu.