Għawdex
“Se nsaħħu s-servizz tal-isptar t’Għawdex skont il-ħtiġijiet tal-Għawdxin” – CEO tal-Isptar

Steward Healthcare li għalqet sena fit-tmexxija tat-tliet sptarijiet pubbliċi, qed taħdem mal-kumpanija Philips Healthcare tal-Istati Uniti b’konnessjoni mal-masterplan għat-tliet sptarijiet li ser jitħabbar il-ġimgħa d-dieħla. Il-kap tal-Operazzjonijiet ta’ Stewards f’Malta, Dr Nadine Delicata qalet fil-programm Dissett li ser issir konsultazzjoni fuq il-masterplan. Hija ċaħdet spekulazzjoni li Stewards kienu qed jikkunsidraw li jitilqu minn Malta.

Sena wara li l-isptar San Luqa, l-isptar Karin Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, għaddew f’idejn Steward Healthcare tal-Amerika, l-kap tal-operazzjoni ta’ Steward f’Malta, Dr Nadine Delicata qalet li l-masterplan għat-tlett sptarijiet ser jitħabbar l-ġimgha d-dieħla.

Dr Delicata qalet “dan huwa proġett ta’ kollaborazzjoni, kemm mal-imsieħeb ewlieni tagħna li huwa l-Gvern kif ukoll ma’ msieħba oħra, mal-end users, ikun hemm konsultazzjoni, il-ħaddiema tagħna huma dawk li jafu l-operat tagħhom u rrid ngħid ukoll li f’dan il-proċess tal-Ippjanar Steward se jkollha anki msieħba oħra li huma rinomati fosthom il-Philips. Dawn huma kumpaniji kbar li ghandhom esperjenza kbar f’dan il-qasam.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar ta’ Għawdex Joseph Fenech qal li l-isptar il-ġdid ta’ madwar mitejn sodda ser iżid in-numru ta’ servizzi fl-isptar t’Għawdex.

Joseph Fenech qal “irridu nkomplu nsaħħu s-servizzi li għandna u nkabruhom. Irridu nżidu wkoll rehabilitation services f’dan l-isptar, irridu nżidu sodod fejn tidħol kura akuta pero rridu nżommu s-servizzi li għandna atwali, fejn tidħol il-psikjatrija u l-ġerantoloġija. Is-servizzi li ser insaħħu se jkunu marbutin proprju mal-bżonnijiet tal-Għawdxin, ortopedija, mard tal-qalb, dijabete, dak kollu li għandu x’jaqsam ma’ dan it-tip ta’ mard.”

Dwar l-operat fl-isptarijiet, Dr Delicata qalet li biex itejjeb is-servizz, fl-aħħar sena Steward Healthcare ingaġġat mat-300 ħaddiem f’diversi oqsma. Spjegat kif f’Għawdex Steward qieghda tindirizza s-sitwazzjoni ta’ dipartimenti li sa ftit snin ilu kienu joperaw mingħajr speċjalista fil-qasam rispettiv tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Lokali

Stephanie Galea, omm ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019. Galea ħadet sehem ilbieraħ filgħaxija fil-konkors Mrs Malta. Fl-ewwel kummenti rringrazzjat lill-familja kollha tagħha li tawha l-appoġġ….

Afrika

Il-Ghana hu l-aħħar pajjiż fl-Afrika fejn Malta fetħet ambaxxata. Ir-relazzjonijiet u l-opportunitajiet ta’ kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi se jkunu fuq l-aġenda ta’ żjara statali f’Malta l-ġimgħa d-dieħla mill-President tal-Ghana. Ir-relazzjonijiet…

Aktar