Lokali
Se terġa’ ssir il-purċissjoni s-sewda fil-Birgu

Għall-ewwel darba wara 140 sena fit-toroq tal-Birgu qed issir il-purċissjoni s-sewda wara li saret it-translazzjoni tar-relikwarju storiku li fih madwar 20 relikwa relatati mal-passjoni ta’ Kristu.

Purċissjoni reliġjuża li saret l-aħħar darba madwar 140 sena ilu reġgħet ingħatat il-ħajja fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Ġimgħa l-Kbira Birgu. Il-purċissjoni s-sewda kienet issir l-Erbgħa tat-Tnibri filgħaxija wara li jidlam u fiha kienu jieħdu sehem l-iskjavi li kien jaħdmu fuq ix-xwieni.

George Agius minn Vittoriosa Historical Society qal “kienu jilbsu ta’ fratelli bl-liebsa sewda, b’wiċċhom mgħammad u anke bil-ktajjen u bis-slaleb. Illum f’xi purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira għadna naraw dawn in-nies li jġorru s-slaleb, xi ħaġa li bdiet dak iż-żmien u għax kienu lsiera kien ikollhom il-ktajjen verament. Din il-purċissjoni ntemmet fl-1879, qiesu 140 sena ilu għax l-Isqof Carmelo Scicluna qal li f’kull parroċċa ma tistax issir aktar minn purċissjoni waħda u li toħroġ fil-Ġimgħa l-Kbira.

F’din il-purċissjoni ser titfakkar ukoll il-wasla f’Malta tar-relikwarju li fih madwar 20 relikwa relatati mal-Passjoni ta’ Kristu.

Kenneth Cassar, Kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur 26 qal “dan wasal Malta fl-1753 grazzi għas-sehem importanti li kellu l-inkwiżitur Paolo Passionei. B’rikonoxxenza ta’ dan kollu l-ewwel darba li ġie Malta qabel ma mar il-parroċċa ta’ San Lawrenz kien inġab fil-kappella fil-Palazz tal-Inkwiżitur u t-transulazzjoni kienet bdiet minn hawnhekk. Bħala Heritage Malta, kif għamel l-Inkwiżitur Passionei tant snin ilu li ħadem flimkien mal-komunità tal-Birgu, aħna bħala mużew qed naħdmu fil-qrib mal-komunità tal-Birgu f’din l-inizjattiva sabiħa.”

Il-purċissjoni s-sewda saret b’inizjattiva tal-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira Birgu. Il-Kummissjoni ngħaqdet ma’ Heritage Malta.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar