Kurżitajiet
Se terġa’ tiġi ppubblikata r-rivista Sagħtar?

Waqt il-programm TVAM il-President tal-MUT Marco Bonnici ħabbar li hemm pjan biex ir-rivista Sagħtar terġa’ tingħata l-ħajja.

L-ewwel pubblikazzjoni ta’ din ir-rivista kienet fl-1971. Kien il-Moviment Qawmien Letterarju li ta l-ħajja lil din ir-rivista bil-għan li tinxtered aktar il-kitba bil-Malti. Għal 44 sena sħaħ din ir-rivista baqgħet iddur f’idejn l-istudenti.

Madwar ħames snin wara l-ewwel edizzjoni ta’ Sagħtar, l-MUT kienet ħadet din ir-rivista f’idejha.

Ir-rivista li ħafna Maltin fi tfulithom kienu jistennewha ta’ kull xahar kellha diversi aspetti li kienu jolqtu lil ħafna fosthom il-powster tan-nofs u ċ-ċajt.

L-aħbar sabiħa dwar din ir-rivista hija li l-MUT għaddejja bid-diskussjonijiet biex din ir-rivista terġa’ tirxoxta, bl-għan huwa li terġa’ toħroġ mis-sena d-dieħla.

Segwi l-intervista li saret waqt TVAM biex tiskopri aktar dwar din ir-rivista. U jekk tixtieq tkun taf min kien il-moħħ wara l-karattru ta’ Xummiemu m’għandekx titlef din l-intervista.

Is-Sagħtar

Is-SagħtarIl-Magazine li kien jitqassam fl-iskejjel b'nostalġija għat-tfalTVAM kuljum fuq Television Malta mis-7am sa 9am flimkien ma' Quinton Scerri u Clara Farrugia#tvam #breakfastshow #television #malta #followupAra aktar episodji hawnhekkhttps://www.tvm.com.mt/mt/tvmi/programmes/tvam/

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 4. Juni 2019

TVAM jixxandar kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7am sad-9am.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Qorti

Malti ta’ 36 sena ġie akkużat li l-Ġimgħa u fil-jiem ta’ qabel f’Ħal Għaxaq hedded u kkawża biża’ lil oħtu. Il-Pulizija xlietu wkoll li ta fastidju u li kkawża vjolenza…

Politika

Dwar l-inkjesta pubblika kkummenta wkoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li qal li fil-jiem li ġejjin se jlaqqa’ l-grupp parlamentari biex jiddiskuti t-twaqqif tal-inkjesta. Qal li jrid il-konfort aħħari li din…

Aktar