Toroq
Se tgħaddi mill-Marsa għada?

Għada, mis-6 ta’ filgħodu sal-4 ta’ waranofsinhar, se  jitkompla l-bini tal-flyovers tal-Marsa Junction Project.

Waqt dawn ix-xogħlijiet, il-konnessjoni bejn Vjal Sir Paul Boffa u Triq Aldo Moro se tkun miftuħa b’korsija waħda f’kull direzzjoni biss. Iż-żewġ korsiji l-oħra se jkunu magħluqin biex b’mod sigur intellgħu f’posthom 14-il travu li se jiffurmaw parti oħra mill-flyovers li se niftħu sal-aħħar ta’ Ġunju li ġej. Kull wieħed minn dawn it-travi tal-konkos huwa twil 30 metru u jiżen madwar 38 tunnellata.

Infrastructure Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa jużaw rotot alternattivi minn. It-triq fl-inħawi ta’ Baċir Numru 7 se tkun miftuħa fid-direzzjoni minn Raħal Ġdid lejn il-Marsa. Pulizija u ħaddiema ta’ Transport Malta ser ikunu fil-post biex jgħinu lil dawk li jkunu għaddejjin mill-inħawi.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Qorti

Aġġornat kontinwament Illum issoktat l-inkjesta pubblika fil-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, liema inkjesta qed tistħarreġ jekk l-awtoritajiet setgħux jieħdu miżuri biex jevitaw dan id-delitt. Fis-seduta tal-lum qiegħed jixhed Glenn Bedingfield….

Kultura

Huma ħafna l-Beltin involuti fil-Karnival: minn karristi . . . sa żeffiena . . . għal oħrajn involuti fl-organizazzjoni, b’ħafna mill-attivitajiet ewlenin organizzati minn għada sat-Tlieta li ġej fit-toroq ewlenin…

Aktar