Toroq
Se tgħaddi mill-Marsa llejla?

Illejla mit-8 ta’ filgħaxija sal-ħamsa t’għada filgħodu, se jitkomplew ix-xogħlijiet fuq l-itwal flyover tal-Marsa Junction Project.

Sakemm issir il-gverta tal-parti tal-flyover li għaddejja fuq uħud mill-korsiji li qed jintużaw bħalissa, il-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Vjal Sir Paul Boffa (minn RaħalĠdid lejn il-Marsa) se tiġi mdawra lejn Vjal Santa Luċija, Triq Ħal Luqa u Triq Garibaldi, fid-direzzjoni ta’ Triq Aldo Moro.

Mhux se jkun hemm aċċess dirett minn Vjal Sir Paul Boffa lejn Triq Aldo Moro.

Il-pubbliku qed jintalab isegwi t-tabelli jew juża rotot alternattivi. Il-korsiji milquta se jerġgħu jinfetħu kmieni għada filgħodu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar