Lokali
Se tibqa’ tingħata l-għajnuna għas-solitudni li bdiet waqt il-COVID-19

Il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li bil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika disa’ mitt familja u madwar sitt elef u ħames mitt tifel u tifla se jibbenefikaw mir-rati l-ġodda tal-in work benefit. F’Lulju li ġej dawn il-familji se jieħdu żieda addizzjonali ta’ mitejn u ħamsin ewro.

Il-Ministru Michael Falzon qal li bil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika mħabbar nhar it-Tnejn, il-Gvern qed jinvesti fil-familji €4 miljun ewro permezz tal-in work benefit. Spjega li filwaqt li fl-2015 kien hemm ‘il fuq minn 1,300 li bbenefikaw mill-in work benefit, fosthom ġenituri waħidhom sa Marzu li għadda dawn aktar milli rduppjaw, għal kważi erbat elef. L-in work benefit huwa benefiċċju għal persuni li jaħdmu li għandhom it-tfal taħt it-tlieta u għoxrin sena u li jiddependu minnhom.

F’konferenza tal-aġbarijiet il-Ministru Falzon spjega kif il-Gvern kompla jżid l-in work benefit biex iktar familji jingħataw għajnuna fit-trobbija tal-ulied billi wessa’ l-faxex tal-qligħ. Qal li r-rati għolew bejn tletin u mitt ewro fis-sena, bl-ikbar ammont jingħata għal dawk li għandhom l-inqas dħul. Koppja fejn persuna waħda tkun taħdem, il-faxxa żdiedet għal dħul massimu ta’ €22,000 fis-sena, b’ €630 għal kull wild, żieda ta’ €80 fis-sena. Persuna waħidha li taqla’ sa massimu ta’ €18,200 fis-sena qed tingħata €1,400 għal kull wild.

Il-Ministru spjega li minbarra ż-żieda fil-benefiċċju, il-Gvern baqa’ jħaddem miżuri bħat-tapering of benefits, childcare b’xejn, u ż-żieda fil-pensjonijiet. Mistoqsi dwar kemm nies ibbenefikaw mis-servizz tal-għajnuna għas-solitudni, l-Ministru qal li fuq in-numru 1772 kellhom medja ta’ 80 telefonata kuljum u li dan is-servizz se jibqa’ jingħata. Qal ukoll li fil-budget ta’ Ottubru jixtieq li jiżdied investiment għas-solitudni, saħħa mentali u iktar benefiċċji li jkomplu jwieżnu lil dawk li l-inqas jifilħu.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar