Ambjent
Se tieħu rifużjoni ta’ 10ċ jekk tarmi fliexken tal-plastik, metall u ħġieġ f’depożiti apposta – il-PM

Kumpanija li twaqfet mis-settur privat ser tinvesti €10 miljun f’magni biex tirkupra flixken tal-plastik, tal-ħġieġ u bottijiet biex jiġu riċiklati. Il-ftehim ġie ffirmat f’Kastilja bejn il-kumpanija u l-aġenzija għall-irkupru u r-riċiklaġġ. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li b’din l-iskema mis-sena d-dieħla se jiġu rkuprati mal-150 miljun kontinituri tax-xorb li kien qed jispiċċaw fil-miżbla jew fil-baħar. Il-pubbliku li jirritorna l-kontinituri fil-magni apposta se jieħu lura d-depożitu ta’ għaxar ċenteżmi li jkun ħallas meta xtara l-prodott.

Pass eqreb lejn l-implimentazzjoni mis-sena d-dieħla tal-iskema għall-irkupru tal-flixken u bottijiet li jitpoġġew fis-suq mil-kumpaniji tal-minerali u tal-birra. Il-kumpaniji ffurmaw Joint Venture li ser jitmexxa minn Pierre Fava, iffirmat il-ftehim għat-tħaddim tal-iskema mal-aġenzija tal-irkupru u r-riċiklaġġ. Is-sur Fava qal li jinsab sodisfatt li din l-iskema se twassal biex l-industrija flimkien mal-Gvern, se jnaqqsu d-dannu kbir ambjentali li jikkawża r-rimi tal-flixken tal-plastik, metall u ħġieġ. Qal li apprezza li dan seħħ għaliex il-Gvern kien disponibbli li jisma’ u li issa din l-iskema se tibda tħalli l-frott tagħha mis-sena d-dieħla.

Huwa stmat li f’sena jintremew mal-200 miljun flixkun tal-plastik, metall u ħġieġ. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-iskema tar-rifuzjoni tal-flixken se ġġib rivoluzzjoni kbira fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart għax permezz tal-ftehim mal-kumpaniji tal-minerali u l-birra, il-pubbliku ser jiġi instigat li jiddisponi mill-kontinituri fil-magni u jieħu d-depożitu fuqhom lura. Il-Prim Ministru qal li huwa fiduċjuż li b’din l-iskema ser jinġabru tlett kwarti tal-mitejn miljun kontinitur li jitpoġġa fis-suq kull sena.

Dr Muscat qal li Malta esperjenzat tkabbir qawwi ekonomiku, li huwa 4 darbiet iktar mill-medja Ewropea u dan ġab miegħu żieda fl-iskart u li għalhekk b’din l-iskema u flimkien ma’ inizjattivi oħra, għandhom inaqsu l-ħsara ambjentali kkawżat l-iktar mill-plastik.

Il-Ministru għall-Ambjent Jose’ Herrera qal li l-pass li jmiss huwa li jibda proċess ta’ tenders biex is-settur privat jibda jħaddem din l-iskema b’sistema ta’ refuzzjoni ta’ għaxar ċenteżmi li jingħataw lura lill-konsumaturi li jiddepożitaw il-kontenituri f’magni apposta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar