Knisja Maltija
Restawrata l-pittura li hemm fl-apside fil-Katidral tal-Imdina

L-Arċidjoċesi ta’ Malta daħlet għall-proġett ta’ restawr biex il-pittura li hemm fl-apside fil-Katidral tal-Imdina, li tirrappreżenta n-Nawfraġju ta’ San Pawl u li ħarġet mill-pinzel ta’ Mattia Preti fl-1688 tittreġġa’ lura għall-glorja oriġinali tagħha. Ir-restawratur Paul Muscat li kien responsabbli għall-proġett qal lir-restawraturi tal-kumpanija ReCoop kellhom biċċa xogħol iebsa biex inaddfu l-pittura.

Paul Muscat qal “li kellna diffiċli kien il-proċess tat-tindif, il-pittura ta’ Mattia Preti kellha tal-anqas 4 interventi li saru ta’ restawr u ovvjament dawn kienu inteventi li għattew ħafna mill-oriġinali fil-fatt meta tlajna konna qed naħsbu li 2% biss kien għadu qed jidher mill-oriġinal.

Ir-restawr tal-pittura sar fi żmien 10 xhur u fuqu ħadmu 4 restawraturi iżda x-xogħol ta’ preparazzjoni beda ferm aktar kmieni.

Is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi Michael Pace Ross qal “il-pittura ta’ Mattia Preti tpittret fl-aħħar ta’ ħajtu meta kien anzjan però matul it-tliet mitt sena li għaddew saru diversi rtokki fuqha filwaqt neħħejna 4 layers. Saret ħafna preparazzjoni fis-sens li applikajna għall-fondi tal-Unjoni Ewropea, dan il-proġett sewa €70,000 u anke kellna call for tenders fejn sibna kumpanija li għamlet dan ix-xogħol tant importanti.”

Ir-restawr kien inawgurat mill-Isqof Joe Galea Curmi filwaqt li sostna li l-patrimonju reliġjuż juri mixja ta’ fidi ta’ ġenerazzjonijiet sħaħ. Monsinjur Galea Curmi qal li permezz ta’ proġetti bħal dawn joħorġu l-għeruq tal-fidi u anke jindikaw il-viżjoni għall-futur.

Dan il-proġett li parzjalment sar b’fondi tal-Unjoni Ewropea huwa wieħed minn sensiela li l-Knisja f’Malta qed twettaq biex il-patrimonju reliġjuż jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar