Lokali
Se tiġi rikonoxxuta biss il-koabitazzjoni li tkun miftiehma bejn il-partijiet b’kuntratt quddiem nutar

Il-liġi tal-koabitazzjoni se tinbidel. Bil-liġi proposta se tiġi rikonoxxuta biss il-koabitazzjoni li tkun miftiehma bejn il-partijiet u trid tkun saret b’kuntratt quddiem nutar. It-tibdil propost fil-liġi tħabbar mill-Ministru tal-Ġustizzja, Edward Zammit Lewis, wara li l-professjonisti sabu li l-ligi tal-koabitazzjoni kif inhi bħalissa kienet qed toħloq diversi diffikultajiet prattiċi.

Il-kabinett approva abbozz ta’ liġi ġdid dwar il-Koabitazzjoni li se jitressaq fil-Parlament. Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis qal li saret konsultazzjoni wiesgħa mal-esperti, fosthom man-nutara u l-avukati.

“Li kienu qed jgħiduli li isma aħna ma nistgħux naħdmu b’din il-liġi. Biddilna l-liġi, ikkonsultajna magħhom għas-sodisfazzjon tagħhom però l-iktar importanti li dawk in-nies vulnerabbli speċjalment in-nisa u tfal li qed jgħixu f’relazzjonijiet li mhumiex żwieġ se jkunu jistgħu jirreġistraw din ir-relazzjoni u iktar milli għax jirreġistraw għax itihom drittijiet importanti biex jissalvagwardjaw is-sitwazjoni legali tagħhom f’każ li dik ir-relazzjoni tiġi mitmuma, tiġi xolta.”

B’dan l-abbozz ta’ liġi, l-istat se jirrikonoxxi biss relazzjoni ta’ koabitazzjoni li tkun saret b’kuntratt quddiem in-nutar. Il-liġi tagħmilha ċara li kuntratt ta’ koabitazzjoni jista’ jsir biss jekk il-persuna ma tkunx diġà marbuta legalment ma’ persuna oħra, u l-imsieħba ma jkunux jiġu minn xulxin.

Ġie spjegat li quddiem in-nutar, il-koppja trid tiddikjara fost oħrajn jekk kienx hemm diġà rabta ta’ koabitazzjoni bejniethom, li ġiet xolta u tiddikjara jekk tixtieqx tħaddem is-sistema ta’ komunjoni tal-akkwisti jew le. B’differenza miż-żwieġ, il-komunjoni tal-akwisti bejn il-koabitanti mhix awtomatika, iżda trid tkun miftiehma fil-kuntratt u hija limitata biss għad-dar u l-mobbli fiha, li jiġu akkwistati wara l-kuntratt.

B’dan l-abbozz ta’ liġi dawk li jinsabu f’koabitazzjoni de facto, li qabel kienet tiġi awtomatikament rikonoxxuta wara sentejn, mhux se tibqa’ rikonoxxuta.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne qal li fl-aħħar 24 siegħa ma kien irreġistrat ebda każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta. Fuq Twitter Dr Fearne qal li “għax qbadna…

COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

Aktar