Infrastruttura
Se tinbena mill-ġdid Triq l-Imġarr fin-Nadur

Min-nhar it-Tnejn se jibda x-xogħol biex Triq l-Imġarr fin-Nadur terġa’ tinbena mill-ġdid. Din it-triq arterjali hi traffikuża u tgħaqqad ir-raħal tan-Nadur mal-Port tal-Imġarr.

Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fi stqarrija li fiha ntqal kif il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq, sistemi miżjuda ta’ sigurtà fit-triq biex jonqos ir-riskju tal-inċidenti u faċilitajiet biex is-servizzi neċessarji jgħaddu minn taħt it-triq.

Il-Perit Godwin Sultana – li hu responsabbli mill-proġett – spjega t-teknika tax-xogħol involut biex it-triq tinbena mill-ġdid. Qal li l-ewwel fażi tax-xogħol hi li jiġu konsolidati l-bażi tat-triq u l-ħitan li jżommuha. Wara jsiru l-gutters għas-servizzi neċessarji qabel jingħata wiċċ ġdid.

Is-Sindku tan-Nadur Edward Said laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li din l-arterja prinċipali se tingħata l-attenzjoni li ħaqqha. Sostna li bħala kunsill lokali ilhom iwasslu l-ilmenti tagħhom dwar din it-triq u l-periklu abbinat magħha.

Il-Ministru Caruana qalet li l-Ministeru qed jagħti importanza lil din it-triq peress li tinsab fi stat ħażin ħafna għax tħalliet mitluqa għal diversi snin.

Il-Ministru enfasizzat li l-Ministeru għal Għawdex irid jagħmel differenza fit-toroq f’Għawdex u għalhekk għandu pjan imħejji għall-2019. Dan fid-dawl ta’ diskussjonijiet li diġà saru ma’ Infrastruttura Malta biex isir xogħol li se jitħabbar ’il quddiem.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Aktar