Lokali
Se tinfetaħ dar biex tilqa’ uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom

Il-Fondazzjoni Blue Light, imwaqqfa mis-Surġent Simon Schembri mistennija tiftaħ l-ewwel dar tagħha biex tilqa’ fiha uffiċjali tal-forzi dixxiplinati li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi saret attività bis-sehem tal-forzi dixxiplinati kollha f’pajjiżna.

Il-Fondazzjoni Blue Light, li twaqfet wara l-inċident tas-Surġent Simon Schembri qed tippjana li tiftaħ dar biex tipprovdi l-appoġġ psikoloġiku lil membri tal-forzi dixxiplinati u l-familji tagħhom, issa li l-Gvern ħa deċiżjoni li jipprovdi forma ta’ assikurazzjoni lil dawn il-membri f’każ ta’ xi inċidenti gravi waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Dan intqal mis-sur Schembri stess waqt attività f’Ħal Safi fejn il-Fondazzjoni flimkien mal-Kunsill Lokali laqqgħu l-entitajiet pubbliċi li jaħdmu fil-qasam tas-sigurtà, mill-pulizija sa kunsill għas-sigurtà fit-toroq.

Is-Surġent Schembri qal “kull min ikun f’dan ix-xogħol jaf kemm ikun qed jissogra ħajtu f’kull ħin u kull mument li joħroġ mill-bieb tad-dar tiegħu. L-għan tagħna huwa li nwaqqfu dar biex min jinqalalu xi ħaġa waqt il-ħin tax-xogħol jista’ jiġi għandna u niggwidawh u nagħmlu ħilitna biex ngħinu lilu u l-familja tiegħu wkoll.”

Għaxar xhur wara l-inċident li kien ħallieh f’xifer il-mewt, is-Surġent Schembri stqarr li jħares ‘il quddiem biex jerġa’ jibda jagħti servizz tiegħu fil-korp.

Is-surġent Schembri qal “bħalissa għadni immur kważi kuljum l-isptar bit-terapiji. Xogħol għadni ma dħaltx imma wasalt viċin ħafna li nerġa’ nidħol u niżżikħajr lil Alla li kollox imur kif suppost”.

Intant waqt l-attività f’Ħal Safi, rappreżentanti tal-Korp tal-Pulizija, tal-Armata, tad-Dwana, tal-Protezzjoni Ċivili, tad-Dipartiment tal-Emerġenza, mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, mil-LESA, mid-Diviżjoni tat-Tindif, minn Transport Malta u mill-Kunsill għas-Sigurtà tat-Toroq fissru l-ħidma tagħhom fil-komunità waqt li saru wirjiet b’konnessjoni mal-ħidmiet tagħhom fl-infurzar tal-liġijiet.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar