Budget
Se titnaqqas it-taxxa fuq is-sahra

Il-Gvern ħabbar li se titnaqqas it-taxxa għal 15% fuq is-sigħat li jinħadmu bis-sahra, biex tiġi daqs ir-rata li attwalment titħallas fuq xogħol part-time.

Dan it-tnaqqis tat-taxxa se japplika bi tliet kundizzjonijiet biex ikun evitat l-abbuż.

Huma l-ewwel 100 siegħa ta’ sahra li se jinħadmu bir-rata l-ġdida, li tapplika biss għal dawk li jaqilgħu salarju bażiku ta’ €20,000 fis-sena. Din ir-rata ma tapplikax lanqas għal dawk li għandhom kariga maniġerjali.

Ir-rifużjoni tat-taxxa lil 200,000 ħaddiem li għandhom dħul inqas minn €60,000 se jerġa’ jingħata u se jvarja bejn €40 u €68, bl-ogħla rata titħallas lil dawk li għandhom dħul baxx.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar