Ekonomija u Finanzi
Se titwaqqaf Aġenzija Nazzjonali biex tinvestiga u tinterċetta allegati t’attivitajiet ta’ ħasil tal-flus

Delegazzjoni ta’ 14-il investitur mis-settur tas-servizzi finanzjarji fir-Renju Unit tinsab Malta biex tesploraw il-possibilità ta’ negozju f’Malta.

Iċ-Ċermen tat-Task Force tal-Gvern dwar Brexit, Joe Zammit Tabona, qal li dawn iż-żjarat minn investituri li jridu jżommu preżenza fl-Unjoni Ewropea wara l-Brexit, qed iħalli l-frott għax terz minnhom qed jagħżlu li jaħdmu minn Malta.

Bir-Renju Unit tkompli l-inċertezza dwar il-Brexit, iċ-Chairman tat-Task Force tal-Gvern dwar il-Brexit, Joe Zammit Tabona, qal li ser ikomplu jinħiebu investituri li jridu jżommu preżenza fl-Unjoni Ewropea u Malta qed tħajjarhom biex joperaw ukoll minn Malta waqt li jżommu l-preżenza tagħhom fis-suq Ingliż.

Is-sur Zammit Tabona qed ilaqqa’ delegazzjoni ta’ 14-il investitur mal-awtoritajiet lokali.

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-investituri fil-Borża ta’ Malta u tkellem dwar l-isfidi u l-miżuri li ħa l-Gvern li wasslu għat-tkabbir ekonomiku u t-tisħiħ tal-finanzi pubbliċi.

Il-Ministru Scicluna qal li ser titwaqqaf Aġenzija Nazzjonali dwar Kriminalità Ekonomika biex tinvestiga u tinterċetta każi ta’ ħasil tal-flus. Qal li dan qed isir b’koperazzjoni anke mal-Gvern Ingliż.

Il-Professur Scicluna ġedded l-impenn tal-Gvern li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Moneyval li qal kienu identifikati mill-gvern stess.

Is-Sur Zammit Tabona qal li ħafna minn dawn l-investituri qed jagħżlu lil Malta minħabba l-aċċessibiltà tal-awtoritajiet. Ikkonferma dan Stephen Pinner, Direttur Ġenerali ta’ kumpanija ta’ konsulenza fis-settur tan-negozju u t-teknologija.

L-investituri Ingliżi għandhom programm ta’ laqgħat fost oħrajn mal-Prim Ministru u mal-kapijiet ta’ entitajiet governattivi biex jifhmu aħjar il-vantaġġi li Malta tista’ toffrilhom.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) sfidat lill-Prim Ministru sabiex jippublika l-istrateġija li biha qed jillaxka r-restrizzjonijiet li ttieħdu mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika minħabba l-imxija tal-Covid-19. Fi stqarrija l-MUMN qalet li qed…

Safar

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-lukandi u r-ristoranti (MHRA) laqgħet id-deċiżjoni tal-Gvern li jiftaħ mill-ġdid l-ajruport għalkemm tibqa’ żżomm mal-pożizzjoni tagħha li kien ikun aħjar għas-settur turistiku li kieku l-ajruport jiftaħ fil-15 ta’…

COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ikun iddixiplinat u jsegwi l-pariri tal-esperti mediċi biss. Fi stqarrrija l-MAM esprimiet tħassib dwar il-proposti tal-Prim Ministru li qalet huma mingħajr bażi…

Aktar