Televiżjoni u Radju
Se tkun tista’ tara d-dokumentarji ta’ TVM bis-sottotitoli fuq Youtube

Fil-jiem li ġejjin se jkun varat stazzjon ta’ TVM fuq Youtube fejn se jintwerew għadd ta’ dokumentarji li jixxandru fuq l-istazzjonijiet ta’ TVM bis-sottotitoli maqluba għall-lingwa Ingliża.

Iċ-Chairman tal-PBS, Dr. Tonio Portughese qal li d-dokumentarju “Pass Pass għal Aushwitz” li rebaħ l-unur tal-aħjar dokumentarju tax-xahar fil-festival internazzjonali TMFF fi Glasgow, l-Iskozja, se jkun fost il-produzzjonijiet li se jintwerew fuq dan l-istazzjon.

Dr. Portughese u l-bord tad-diretturi tal-PBS iltaqgħu ma’ Jonathan Farrugia, li huwa d-direttur tal-koproduzzjoni bejn il-PBS u Flash Productions. Is-sensiela li xxandret riċentament fuq TVM uriet is-sofferenza, l-imrar u l-persekuzzjoni li għaddew minnha l-eluf ta’ nies fil-kampijiet ta’ konċentrament f’Auschwitz waqt it-tieni gwerra dinjija.

Dr. Portughese qal li qed isiru t-tħejjijiet biex id-dokumentarju jixxandar fil-mużew iddedikat għall-Olokawst waqt il-jum internazzjonali li jikkomemora l-vittmi tal-Olokawst. Huwa faħħar il-livell tal-produzzjoni, li qal għamlet ġieħ lix-xandir Malti, u qal li l-Public Broadcasting Services huma kommessi biex episodji storiċi li ħallew marka fl-istorja tal-umanità jitnaqqxu fil-memorja kollettiva billi jintwerew ukoll lill-ġenerazzjonijiet iżgħar fl-età fosthom lit-tfal tal-iskola.

Il-Kap Eżekuttiv tal-PBS, Charles Dalli, qal li l-istazzjon fuq il-Youtube se jvara x-xandiriet tiegħu permezz tal-wiri tad-dokumentarju “Kulħadd għal Belt”, li tratta l-katina ta’ avvenimenti li wittew it-triq għall-ġrajja tas-Sette Giugno.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li sal-bidu tas-sena d-dieħla d-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji se jiġi rilokat f’binja ġdida ta’ tliet sulari f’Santa Venera. F’reazzjoni għar-rapport tal-kumitat tal-kunsill tal-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus, MONEYVAL,…

Qorti

Żewġ xufiera ta’ coach inżammu arrestati fuq akkużi li kellhom x’jaqsmu sesswalment ma’ tifla ta’ 15-il sena li kienu jwassluha l-iskola. Il-Qorti semgħet kif Nidhin Eldhose ta’ 32 sena u…

Kostruzzjoni

Il-Gvern qed jikkunsidra diversi alternattivi għall-isfida tal-iskart tal-kostruzzjoni. Il-Prim Ministru Joseph Muscat insista li fl-immedjat, l-industrija tal-kostruzzjoni trid terfa’ r-responsabbiltà tagħha. Żied jgħid li jridu jinstabu soluzzjonijiet aktar fit-tul fost…

Qorti

Il-mara mis-Serbja li iktar kmieni din is-sena nstabet ħatja li ħaqret żewġ anzjani sakemm mietu, kellha l-piena ta’ ħabs imnaqqsa mill-Qorti tal-Appell. F’April li għadda Dragana Mijalkovic kienet ikkundannata ħames…

Aktar