Lokali
“Sean Meli għandu jingħata rikonoxximent għall-qlubija li wera” – PM

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li Sean Meli, ir-raġel li lbieraħ salva tfajjel ta’ 14 mill-għarqa f’Tas-Sliema għandu jingħata rikonoxximent għall-qlubija li wera.

Fuq Facebook, il-Prim Ministru qal li se jkun qed jara li jingħata r-rikonoxximent fil-mument opportun u addattat.

Qal li m’għandux dubju li m’hemm xejn isbaħ mis-sodisfazzjon li salva ħajja, iżda, bħala soċjetà rridu nirrikonoxxu nies bħal dawn.

“Għandi ammirazzjoni lejn Sean li mingħajr ħsieb għal saħħtu u ħajtu qabeż il-baħar minnufih biex isalva lit-tfajjel” – Bernard Grech

Ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech qal li għandu ammirazzjoni lejn Sean li mingħajr ħsieb għal saħħtu u ħajtu qabeż il-baħar minnufih biex isalva lit-tfajjel.

Qal li quddiem dan il-ġest uman u altruwista mimli mħabba lejn il-proxxmu li ma kienx jaf, jerġa’ jimtela’ b’tama akbar fl-umanità.

Ara wkoll:

Ara: “Neħħejt il-ħwejjeġ u tirt għal ġol-baħar…bżajt li se jmutli f’idejja” – Sean Meli

ARA: Jaqbeż f’baħar imqalleb u jsalva tfajjel ta’ 14 mill-għarqa f’Tas-Sliema