Qorti
Seba’ immigranti jinżammu arrestati: Mixlija li kienu l-moħħ wara rvell f’ċentru fil-Marsa

Seba’ immigranti nżammu arrestati fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li ċaħdu li jumejn ilu ħadu sehem fi rvell ma’ madwar 40 immigrant ieħor fiċ-ċentru ta’ detenzjoni tal-Marsa.

Fil-Qorti l-Pulizija xlew lis-seba’ immiganti rġiel li kienu l-moħħ wara l-irvellijiet u kienu ġew identifikati bħala n-nies li kienu qed jinstigaw immigranti oħra fl-istess ċentru biex joħolqu problemi. Huma ġew mixlija wkoll li għamlu ħsara fi proprejta’ tal-gvern u li darbu ħafif uffiċjal tas-sigurtà

L-immigranti, li għandhom bejn 16 u 29 sena, wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Sitta huma mis-Sudan, wieħed mis-Somalja.

L-Ispettur Paul Camilleri nforma lill-Qorti li l-irġiel ġew identifikati mill-uffiċjali tas-sigurtà bħala li kienu l-ewwel li rnexxielhom jidħlu f’parti komuni qabel ma ħeġġu lil oħrajn biex jingħaqdu magħhom fit-talba għal-libertà.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ċaħdet talba għall-ħelsien mill-arrest.

Ara wkoll:

ARA: Immigranti fil-Marsa jipprotestaw b’mod paċifiku