Barranin
Seba’ persuni jindarbu wara li ċeda xi blat mill-irdum tal-bajja

Mill-inqas 7 turisti ndarbu iżda ma jidhirx li jinsabu fil-periklu tal-mewt meta ċediet parti minn irdum fil-bajja popolari ta’ Navagio li tinsab fuq waħda mill-gżejjer Griegi ta’ Zakynthos.

Bosta dgħajjes żgħar inqalbu minħabba l-mewġ kbir li kien ikkawżat mill-blat li waqa’ mill-irdum.  Nies li kienu fuq il-post qalu li semgħu ħoss kbir malli tliet blatiet spiċċaw fil-baħar, waħda wara l-oħra.

Navagio, li hija magħrufa bħala l-bajja tan-nawfraġju, hija popolari mat-turisti minħabba li għandha attrazzjoni għax hija mdawra bl-irdum.  Tista’ tintlaħaq biss bid-dgħajsa, tant li tattira eluf ta’ turisti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-Ukrajna, il-Partit tal-President Volodymyr Zelensky mistenni jirbaħ elezzjoni bikrija u jsaħħaħ il-qawwa politika tiegħu. L-exit polls qed juru li l-partit tiegħu se jikseb maġġoranza parlamentari iżda se jkollu bżonn ta’…

Barranin

Ixxandar recording ta’ konverżazzjoni bejn frejgata tar-Royal Navy Ingliża u bastimenti tal-forzi armati Iranjani, mumenti qabel it-tanker taż-żejt Ingliż inħataf fil-Golf nhar il-Ġimgħa. Fir-recording, bastiment Iranjan jgħid lil HMS Montrose…

Aktar