Reliġjon
Seba’ qaddisin ġodda għall-Knisja Kattolika

Il-Papa Franġisku ddikjara bħala qaddisin lill-Arċisqof ta’ San Salvador, Oscar Romero, li nqatel minn suldati waqt iċ-ċelebazzjoni ta’ quddiesa, u lill-Papa Pawlu VI, li mexxa l-Knisja fi żmien ta’ riformi kbar wara l-Konċilju Vatikan it-Tieni.

Ġew dikjarati wkoll qaddisin ħames persuni oħra li twieldu fl-Italja, il-Ġermanja, Spanja u l-Ġermanja fis-seklu tmintax u dsatax.

F’għodwa b’temp sabiħ, mas-sebgħin elf ruħ imlew Pjazza San Pietru fil-Vatikan biex jagħtu xhieda għaċ-ċerimonja tla-kanonizazzjoni ta’ seba’ beati fosthom il-Papa Pawlu VI u l-Arċisqof Oscar Romero. Dikjarati qaddisin ukoll: Francesco Spinelli, Vincenzo Romano, Maria Caterina Kasper, Nazaria Ignazia ta’ Santa Tereża ta’ Ġesu’ u Nunzio Sulprizio.

Fl-omelija, il-Papa ddeskriva lill-Papa Pawlu VI bħala profeta li fetaħ il-Knisja għad-dinja. Qal li anke fost it-tbatija, il-Papa Pawlu VI kien xhieda tas-sbuħija u l-ferħ li jġib Ġesù.

Il-Papa Pawlu VI mexxa l-Knisja Kattolika għal ħmistax-il sena, sa mewtu fl-1978. Tul il-pontifikat tiegħu, hu wassal il-Knisja għall-għeluq tal-Konċilju Vatikan t-Tieni u t-twettieq ta’ ħafna mir-riformi kbar li kien hemm qbil dwarhom.

Papa Pawlu VI hu t-tielet Kap tal-Knisja Kattolika li ġie kanonizzat mill-Papa Franġisku. Fl-aħħar ħames snin, pġew kanonizzati wkoll il-Papa Ġwanni XXIII u l-Papa Ġwanni Pawlu II.

Dwar l-Arċisqof ta’ San Salvador, Oscar Romero, li nqatel minn suldati wara l-omelija f’quddiesa nhar l-24 ta’ Marzu 1980, il-Papa Franġisku qal li hu ta ħajtu biex ikun viċin il-foqra u n-nies ta’ pajjiżu. “Che ha lasciato le sicurezze del mondo, persino la propria incolumità, per dare la vita secondo il Vangelo, vicino ai poveri e alla sua gente, col cuore calamitato da Gesù e dai fratelli.”

Il-mewt tal-Arċisqof Romero tat bidu għal gwerra ċivili f’El Salvador, li damet għaddejja tnax-il sena. Hu kien jikkundanna l-inġustizzji soċjali u l-vjolenza u minħabba f’hekk sikwit kien jiġi akkużat li kien kommunist.

Il-Papa Franġisku qal li s-seba’ qaddisin ġodda, f’kuntesti differenti, għexu l-ħajja b’entużjażmu u bil-passjoni li jirriskjaw u jħallu kollox warajhom għal Kristu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-istati membri bi skemi ta’ ċittadinanza u residenza b’investiment biex isaħħu l-kontrolli u l-iskrutinju li jagħmlu fuq l-applikanti minħabba r-riskji li dawn l-iskemi jistgħu jintużaw għal skopijiet…

Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat assigura li l-abbozz ta’ ftehim finali li se jiġi ppreżentat għall-ftehim mal-grupp Corinthia se jindirizza t-tħassib ġenwin li tqajjem minn kwartieri differenti. Mistoqsi dwar il-valur tal-art,…

Lokali

X Factor Malta ħabbar li r-rebbieħ ta’ The X Factor UK 2018, Dalton Harris se jkun il-mistieden speċjali għall-finali ta’ X Factor Malta. Dalton Harris flimkien ma’ James Arthur nedew…

Brexit

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament fisser il-passi li qed jieħu l-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddikjara li l-Oppożizzjoni tappoġġja l-ftehim bejn…

Aktar