Qorti
Seba’ snin ħabs talli ttraffikaw in-nisa għall-prostituzzjoni

Żewġt irġiel, fosthom sid ta’ ħanut tal-massaġġi, intbagħtu seba’ snin ħabs wara li nstabu ħatja li traffikaw in-nisa għall-prostituzzjoni.

Winston-Joseph Gera, ta’ 48 sena minn San Ġiljan u s-sieħeb tiegħu fin-negozju, Zhang Tianxia ta’ 38 sena miċ-Ċina, instabu ħatja li kienu qed imexxu briedel taparsi huma ħwienet tal-massaġġi.

Gera weħel seba’ snin u xahar ħabs waqt li Tianxia ntbagħat seba’ snin wara li nstabu ħatja li traffikaw tliet nisa.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech ordnat ukoll biex konfiskati l-assi u l-postijiet użati għar-reati.

Ir-raġel wieġbu mhux ħatja għall-akkużi. Uħud mit-tfajliet li xehdu qalu li kienu mġiegħla jgħixu f’akkomodazzjoni b’ħafna nuqqasijiet.

Il-Maġistrat għamlitha ċara li atti bħal dawn m’hemmx posthom fis-soċjetà.