Mużika
Sebastian u Renato jinterpretaw mill-ġdid il-kanzunetta Qalu li Raw

‘Qalu Li Raw’ kanzunetta li ġiet magħrufa mill-kantant ikona fil-mużika Maltija Bayzo, miktuba oriġinalment minn John Paul Grech, qed terġa’ tingħata l-ħajja għal darba oħra mill-kantant żagħżugħ Sebastian Calleja, flimkien mal-kantant Renato Micallef.

Meta nibtet din l-idea, Sebastian xtaq li jqajjem kanzunetta Maltija mill-isbaħ li forsi kultant inwarbu f’ġenb u ma nagħtux kasha. Barra l-melodija mill-isbaħ hemm ukoll kliem riflettiv li meta tisimgħu bir-reqqa jdaħħlek f’emozzjonijiet differenti.

Il-vidjow mużikali ta’ din il-verżjoni tal-kanzunetta ġie afdat f’idejn Luke Borg minn Fade In Media. Fih jieħdu sehem Jessica Azzopardi u ċ-ċkejken Sheznil Azzopardi. Fil-vidjow mużikali se naraw xeni bejn omm u iben fil-ħajja immaġinattiva, għaliex fir-realtà ħabba ċirkustanzi vasti tal-ħajja ma jistgħux ikunu flimkien.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Sirjan ta’ 25 sena sofra ġrieħi gravi wara li sofra xi ħruq ikkawżati minn fjamma li ħarġet huwa u jbiddel ċilindru tal-gass. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:20 fi Triq is-Sibbien f’Marsaskala,…

Annimali

Fis-Siġġiewi, instabu 8 żoni fejn kien qed isir l-insib illegalment. Dan qalitu l-CABS fi stqarrija u saħqet li dawn ix-xbieki li jitpoġġew taħt l-ilma kienu qed jintużaw għall-insib tal-Pispisella, iċ-Ċewċewwa…

Ambjent

Wara li lbieraħ Infrastructure Malta qalgħet siġar mejta fit-Telgħa tas-Saqqajja biex tagħmel il-wisa’ għal siġar ġodda, illum beda x-xogħol ta’ tħawwil. Dalgħodu TVM żar il-post u seta’ josserva l-kumplament tat-tneħħija…

Aktar