Sebgħa fil-mija tal-Maltin ibatu minn xi forma ta’ dipressjoni – Ewrobarometru

Il-mewt tal-attur Robin Williams kawża tad-dipressjoni fetħet diskussjoni dwar din il-kundizzjoni.

Skont l-Ewrobarometru madwar sebgħa fil-mija tal-Maltin qalu li ibatu  minn xi forma ta’ dipressjoni.

Madankollu psikologa li tkellmet ma’ tvm.com.mt qalet li l-kelma dipressjoni saret wisq komuni f’ħalq in-nies anke jekk ikunu għaddejjin minn diffikultajiet mumentarji.

Id-dipressjoni hija kundizzjoni li ma tiddiskriminax: irrispettivament mill-età; sess; edukazzjoni jew klassi.

Il-mewta suwiċidali tal-attur Robin Williams tefgħet dawl fuq l-implikazzjonijiet serji ta’ din il-kundizzjoni li fl-aktar forma estrema tagħha tista twassal anki għal konsegwenzi traġiċi.

Il-psikologa Rose Galea temmen li każi ta’ suwiċidju li ngħataw prominenza fil-media jistgħu jinfluwenzaw negattivament lil persuni vulnerabbli għax min ikun qed ibati minn dipressjoni jaħseb li l-uniku soluzzjoni hija suwiċidju pero fil-verità hemm ħafna soluzzjonijiet oħra u għajnuna li wieħed jista’ jirrikorri għaliha.

F’intervista esklussiva ma’ tvm.com.mt, il-psikologa Galea qalet li huwa importanti li ssir differenza bejn min jesperjenza perjodi diffiċli jew dieqa temporanja u d-dipressjoni.

Qalet li d-dipressjoni hija kundizzjoni u bħal kull kundizzjoni oħra għandha bżonn kura u trattament.

Il-psikologa qalet li d-dipressjoni hija kundizzjoni serja li trid tiġi ffaċċjata u missielta bl-għajnuna ta’ professjonisti. Qalet li l-fejqan huwa dejjem possibli.

Il-psikologa spjegat li l-ġudizzji u l-istigma dwar kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali jikkawżaw ħafna ħsara u li s-sintomi ta ‘dawn il-kundizzjonijiett qatt ma għandhom ikunu trivjalizzati.

Fakkret li l-għajnuna hija disponnibbli 24 siegħa kuljum sebat ijiem fil-ġimgħa fuq is-support line 179 u fil-crisis intervention centre fl-isptar Mater Dei.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem inawgura numru ta’ sitt xelters għall-qtates li ser jiġu mifruxa ma’ siti differenti f’dan il-lokal, fosthom f’Ta’ Passi, fil-playingfield tal-Gudja, Triq Baħħara, Triq Xprunara, Fuq il-Għajn u fl-inħawi tat-Torri….

Kronaka

Żewġ żgħażagħ mis-Sudan qed jinżammu taħt arrest wara li lbieraħ filgħaxija serqu żewġ persuni f’żewġ każijiet separati fil-Marsa. Waqt ronda li kienu qegħdin jagħmlu l-Pulizija tal-Għassa tal-Marsa fit-toroq tal-lokalità, għall-ħabta…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Aktar